Reference: 1231/1996/1

Judgement Details


Date
20/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
APEX INTERIORS LIMITED vs CAMILLERI MARTIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DISTINZJONI BEJN DIFETT U KWALITA` - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT DIFETTUZ - BEJGH, RIMEDJU REDIBITORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE
Summary
F'kuntratt ta' bejgh, meta jigi konsenjat lill-kompratur oggett divers minn dak li hu ried jakkwista, oltre l-azzjoni ta' nullita` minhabba vizzju tal-kunsens skond l-Art 974 tal-Kodici Civili, il-kompratur ghandu ghad-difiza tieghu l-azzjoni rizoluttiva "ex contractu" taht l-Art 1390 tal-istess Kodici, meta l-venditur jigi biex jikkonsenjalu oggett ta' kwalita` mhux skond ma pprometta jew mhux skond il-kampjun. Huwa ghandu, barra minn din, l-azzjoni ta' garanzija jew redibitorja. Izda, mentri l-azzjoni "ex contractu" taht l-Art 1390 tiddefendi lill-kompratur ghall-inosservanza tal-obbligikontrattwali kontra l-konsenja ta' oggett divers fil-kwalita` minn dik promessa lilu, l-azzjoni redibitorja tipprotegih kontra l-obbligu accessorju tal-venditur li jikkonsenja l-oggett minghajr difett.

Jitnissel minn dan illi ghalkemm iz-zewg azzjonijiet ghandhom l-istess bazi razzjonali, d-differenza bejniethom hi din. Kif gja anterjorment kien gie deciz "l-ewwel obbligazzjoni tal-venditur hu dak li ghandu jaghti l-haga skond il-kwalita` miftehma u f'kondizzjoni li kienet waqt il-bejgh u presumibilment fi stat tajjeb, mentri fil-kaz tal-vizzju redibitorju ma jkunx hemm l-ebda kwistjoni fuq il-kwalita` tal-haga, izda x-xerrej jippretendi illi ghalkemm l-oggett huwa effettivament tal-kwalita` miftehma, izda ghandu go fih vizzju okkulti li jirrendih inutili ghalih.

Bejn iz-zewg azzjonijiet tezisti wkoll differenza ohra ta' natura procedurali. Kif ormai jinsab ben stabbilit fil-gurisprudenza, jekk id-dritt tal-kumpratur bl-Art 1390 jista' jigi ezercitat "per via di eccezione" ir-rimedju redibitorju irid jigi ezercitat per via di azione u mhux per via di eccezione. Kifdrabi ohra ntqal, "meta d-dritt ghall-propozizzjoni tar-redibitorja jew ta' l-estimatorja permezz ta' azzjoni jkun spicca bid-dekors taz-zmien, la r-redibitorja u lanqas il-"quanti minoris" ma tkun tista' tigi mill-kumpratur opposta "in via di eccezione", ghaliex in-nota massima "temporalia ad agendum perpetua ad excipiendum" mhiex applikabbli in tema ta' dekadenza".

In oltre fejn ix-xerrejjadotta r-rimedju redibitorju hu ma jkunx jista' jzomm l-oggett mixtri izda huwa obbligat li jiddepozitah il-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info