Reference: 287/2003

Judgement Details


Date
08/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
ALFRED GERA & SONS LIMITED vs CASINGENA MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONKORRENZA SLEALI, TIXRID TA` NOTIZJI LI JAGHMLU HSARA GHALL-INDUSTRJA JEW KUMMERC TA` KUMMERCJANTI OHRA - KONKORRENZA SLEALI, TMAQDIR TA` PRODOTT TA` KOMPETITUR
Summary
L-artikolu 34 tal-Kodici tal-Kummerc jipprovdi s-segwenti:-

"Il-kummercjanti ma jistghux, ghal skop ta' konkorrenza, ixerrdu notizji li jistghu jaghmlu hsara lill-industrija jew kummerc ta' kummercjanti ohra"

Din l-azzjoni li torigina mill-Artikolu 2598(2) tal-Kodici Civili Taljan hijaintiza biex tipprojibixxi lill-kummercjant milli jiehu vantagg mir-reputazzjoni u goodwill li jkunstabbilixxa kummercjant iehor billi jgieghel lill-konsumatur jahseb li l-prodotti jew servizzi minnuforniti huma ta' kwalita' ahjar minn dawk tal-kompetitur tieghu u dan a skapitu tar-reputazzjoni ta' l-istess kompetitur. Jekk kummercjant irid juri lill-konsumatur li l-prodott tieghu huwa l-ahjar fis-suq huwa jrid jaghmel dan minghajr ma jirreferi ghal xi kwalitajiet hziena li jista' jkollu l-prodott tal-kompetitur.

Huwa maghruf li r-reputazzjoni jew il-goodwill fid-dinja tal-kummerc huma ta' valur inestimabbli u l-azzjoni kontemplata fl-Artikolu 34 trid tipprotegi dan id-dritt propjetarju.

Mid-dicitura ta' l-Artikolu in kwistjoni jirrizulta li sabiex tirnexxi din l-azzjoni ujitqies li jkun hemm konkorrenza sleali iridu jikkonkorru s-segwenti elementi:-

1. Il-konvenut irid ikun kummercjant.

Il-konvenut mhux biss irid ikun kummercjant izda li huwa jrid ukollikun kompetitur ta' l-attur. "Biex ikun hemm konkorrenza illecita jehtieg li n-notizzji jigu mxerrdin minn konkorrent a pregudizzju ta' konkorrent iehor"

2. Huwa jrid ikun agixxa b'intenzjonispecifika.

L-intenzjoni tal-konvenut fit-tixrid tan-notizji dwar l-attur jew il-prodotti tal-attur trid tkun ghall-iskopijet ta' konkorrenza sabiex jitqies li kien hemm konkorrenza illecita. Element essenzjali ghall-figura tal-konkorrenza sleali kontemplata fl-Artikolu 38 (issa 34) tal-Kodicital-Kummerc huwa l-iskop tal-konkorrrenza sleali. Il-ligi tirrikjedi l-intenzjoni specifika f'min jippropaga l-fatti, jigifieri l-intenzjoni li jaghmel konkorrrenza sleali. Ikun hemm l-iskop ta' konkorrenza kull meta l-att kontemplat f'dik id-disposizzjoni jsir, fl-ezercizzju u in konnessjoni ma l-ezercizzju tal-kummerc jew industrija ta' kummercjant bl-iskop li jippromuovi l-interessi tieghu.

Meta iit-tixrid ta' notizji isir fl-ezercizzju tan-negozju jitqies li jkun hemm l-intenzjoni liwiehed jikkompeti jew jikkonkorri. Il-Qrati dejjem irritenew li l-intenzjoni li wiehed jikkompeti jew jikkonkorri jiddependi fuq ic-cirkostanzi ta' kull kaz - "Il-ligi trid illi l-intenzjoni specifika fil-propagaturi, jigifieri f'dak li jaghmel il-konkorrenza sleali, u l-apprezzament ta' dan l-element jigi dezunt mill-kumpless tac-cirkostanzi u huwa mholli ghall-arbitriju prudenzjali tal-gudikant".

In kwantu jirrigwarda dan ir-rekwizit tal-intenzjoni specifika irid jinghad li l-ligi matirrikjedix li jrid ikun hemm l-intenzjoni li jigu kawzati danni, id-danni huma biss konsegwenza tat-tixrid tan-notizji izda min jahgmel dan l-agir mhux necessarjament irid ikollu l-intenzjoni li jikkawza danni, huwa sufficjenti li jigi pruvat li huwa agixxa b'dak il-mod ghall-iskopijiet ta' konkorrenza. L-allegazzjoni tad-ditta konvenuta li fil-mument li baghtet l-ittra hija ma kellha ebda intenzjoni li tikkawza hsara lis-socjeta' attrici hija ghalhekk irrilevanti.

3. Irid ikun hemm tixrid tan-notizji.

X'jammonta ghal tixrid ta' notizzji jiddependi fuq ic-cirkostanzi ta' kull kaz u l-mezzi adoperati sabiex isir dan it-tixrid jistghu ikunu diversi bhal per ezempju riklami, ittri mibghuta lil diversi nies eccetera., izda dejjem gie ritenut li t-tixrid tan-notizji jrid jigi diivulgat lil diversi nies. F'dan il-kaz is-socjeta' attrici rnexxielha tippprova li l-ittra in kwistjoni intbaghtet mid-ditta konvenuta lill-ispizeriji u l-outlets li kienu jbieghu il-prodotti taghha. Dan il-fatt gie ammess mill-istess ditta konvenuta u ghalhekk m'huwiex kontestat. Il-Qorti jidrilha li anki dan ir-rekwizit jirrizulta ampjament.

4. Dan it-tixrid tan-notizji irid ikun jista' jaghmel hsara lin-negozju tal-attur.

Fl-azzjoni kontemplata mill-artikolu 34 huwa bizzejjed liwiehed jipprova li l-agir tal-konvenut jista' jikkawzalu danni u m'huwiex necessarju li jigi pruvatid-danni. Ikun hemm kaz ta' konkorrenza sleali anki meta n-notizji jistghu jaghmlu hsara u ghalhekkmhux ta' htiega li dawn in-notizji waslu sabiex jikkawzaw il-hsara intiza.

Id-denigrazzjonijew tmaqdir tal-prodotti ta' haddiehor sabiex bhala konsegwenza wiehed jippromuovi l-prodotti tieghuf'mohh il-konsumatur dejjem giet ritenuta bhala wahda mill-aktar kazi komuni fejn kummercjant jirrikorri ghall-azzjoni taht l-artikolu 34.

Huwa importanti li jigi rilevat li n-notiziji li jigu mxerrda mhux necessarjament iridu ikunu foloz. Jitqies li jkun hemm konkorrenza sleali anki meta kummercjant ixerred notizji li jkunu veri jew li huwa ghandu ragun li jahseb li huma veri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info