Referenza: 29/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs HAYES MATTHEW
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KWERELA, NECESSITA` TA` - PROCEDURI KRIMINALI, META JISTGHU JITMEXXEW EX UFFICIO - SKUZANTI, SKALATA
Fil-Qosor
Fil-kazijiet ta' offizi (volontarji) hfief fuq il-persuna fit-termini tas-subartikoli (1) u (3) tal-Artikolu 221 tal-Kodici Kriminali il-Pulizija Ezekuttiva tista' dejjem tipprocedi ex officio u ghalhekk minghajr il-kwerela tal-parti leza fil-kazijiet kontemplati fil-proviso tal-Artikolu 373 tal-Kodici Kriminali. Fil-kaz in dizamina l-Pulizija Ezekuttiva setghet tipprocedi ex officio taht dik il-parti ta' din id-disposizzjoni li tirreferi ghal meta "l-offiz ma jkunx mexxa l-azzjoni kriminali u ma jkunx irrinunzja espressament ghaliha fi zmien erbat ijiem minn dak in-nhar li jkun sar ir-reat".

Biex tkun applikabbli l-iskuzanti msemmija fil-paragrafu (b) ta' l-Artikolu 227 tal-Kodici Kriminali, l-iskalata jew il-ksur li ghaliha dak li jkun ikun qed joffri resistenza trid tkun tali litnissel f'mohhu suspett ragjonevoli li, imwettqa l-iskalata jew il-ksur, jista' jkun hemm perikolu ghall-inkolumita` personali tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni