Reference: 228/2002/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA JOHN PRO ET NOE ET vs MIZZI PAULINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROCEDURI CIVILI - PROCEDURI KRIMINALI - SAQAF, KOMPROPRJETA` TA` - SAQAF, RESPONSABILITA` GHALL-MANUTENSJONI TA`
Summary
Skond l-Artikolu 6 tal-Kodici Kriminali "l-azzjoni kriminali u l-azzjoni civili jitmexxew indipendentement wahda mill-ohra". Norma din ribadita fl-Artikolu 26 tal-istess Kodici u li, a propozitu, proprju fis-subinciz (1) tieghu jippreciza li "l-kundanna ghall-pieni stabbiliti mil-ligi titqies dejjem li giet moghtija bla hsara ta' l-azzjoni civili". Dan ifisser illi jekk minn fatt ikun hemm dannupatrimonjali xorta wahda tista' tigi ezercitata l-azzjoni civili di fronte ghal min hu meqjus civilment responsabbli anke jekk fil-gudizzju kriminali precedenti jkunu l-atturi biss li jkunu nstabu fihtija. Kif saput, fl-azzjoni civili l-procediment isir "ex integro" u indipendentement minn kwalunkwe sentenza penali.

Din kienet kawza dwar rimbors ta' spejjez ta' manutensjoni ta' bejt intentata mill-atturi bhala s-sidien ta' appartament sottostanti ghall-istess bejt u l-konvenuti bhala s-sidien ta' l-arja fuq l-istess bejt.

Il-Qorti irrilevat li "fuq dina l-materja partikolari ma hemmx xi disposizzjoni specjali tal-ligi, kif hemm, u izjed minn disposizzjoni wahda, dwar il-hitan divizorji. Hemm biss l-artikolu 460 (illum Art 423) tal-Kodici Civili li jistabilixxi s-sehem likull wiehed mis-sidien ta' sulari differenti jew ta' xi parti ohra ta' bini, ghandu jhallas ghall-ispiza ta' tiswijiet jew bini mill-gdid, li jkun mehtieg, fl-istess sulari jew parti ohra ta' bini, meta jkun appartenenti lil sidien differenti".

Minn dan jitnissel illi jekk jibqa' superanti l-principju ta' proprjeta` "ejus est cui prodest" fir-rigward tas-singoli pjani li jappartjenu lil dakli jkun, f'kaz li s-servizz ta' xi parti mill-bini jkun jghodd ghall-proprjetarju wiehed kif ukollghall-iehor din il-parti ghandha titqies komuni.

Applikati dawn l-enuncjazzjonijiet ghal kazin disamina qed jigi fl-ewwel lok determinat illi minhabba li s-saqaf jiddividi orizzontalment il-fond tal-atturi minn dak tal-konvenuti dan ghandu jitqies komuni ghaz-zewg fondi kif fuq spjegat. Lijfisser allura li strettament l-ispiza tar-rikostruzzjoni tal-bejt, li kienet hekk mehtiega ghall-vantagg taz-zewg fondi ghandha in vista tal-komunanza titbata mill-proprjetarji taz-zewg fondi.

Dan pero` hu hekk il-kaz 'rebus sic stantibus'. Dan ghaliex, kif insenjat ukoll, ghaliex una voltali tkun sehhet il-hsara ir-ricerka tal-kawza provokanti ma tridx tieqaf hekk kif tigi accertata l-kawza diretta imma wiehed irid imur lil hinn sabiex jigi determinat jekk kienx hemm xi fattur remot jew kawza medjata li jistghu ikunu l-vera "fons et origo mali". Dan s'intendi fil-kaz in ezami b'referenza ghal kawza primarja li kkostringiet li jsiru x-xoghlijiet rimedjali u ta' rikostruzzjoni tal-bejt.

Hawnhekk il-konvenuti bhala s-sidien ta' l-arja ta-bejt kienu wkoll inkarigati bil-manutensjoni ta' l-istess. Irrizulta li fil-fatt il-hsara in kwistjoni sehhet minhabba n-nuqqas ta' talimanutensjoni.

Il-Qorti irriteniet illi l-principju tal-ligi li tobbliga lill-komproprjetarjijikkontribwixxu sehem mill-ispejjez ta' tiswija jew ta' rikostruzzjoni, u li ssib l-applikazzjoni taghha meta r-riparazzjoni jew rikostruzzjoni tkun dovuta ghal deperiment jew kawzi ohra naturali jewkazwali, ssofri limitazzjoni meta tkun kagonata bil-fatt kolpuz ta' wiehed mill-ko-proprjetarji. Konsegwentement gjaladarba l-hsara fil-bejt avverat minhabba nuqqas ta' manutenzjoni u allura bi htijatal-atturi appellanti, r-responsabilita` tal-konsegwenzi ghandha titbata minnhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info