Reference: 284/2001/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR JOHN TABIB DR ET vs CASTILLO STANLEY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LIGI, INTERPRETAZZJONI TA` - LIGI, INTERPRETAZZJONI TA` - REFERENZA GHAL DIBATTITI PARLAMENTARI - LOKAZZJONI, DRITTIJIET TAHT IL-KAP. 158 FIL-KAZ TA` INKWILIN F`EGHLUQ IC-CENS TEMPORANJU
Summary
Kif saput, il-kompitu ta' l-interpretazzjoni mhux ezercizzju facli u, anzi, ta' sikwit joffri insidji li, jekk wiehed ma joqghodx attent ghalihom, spiss jinkorri fi zball. Dan jokkorri partikolarmentfejn it-test ikun oskur jew elaborat izzejjed jew fejn ikun fonti ta' aktar minn interpretazzjoni wahda. B'danakollu, kif wisq tajjeb gie espress, "billi hi regola ta' interpretazzjoni illi ebda ligi ma ghandha titqies kontradittorja fiha nfisha, meta jkun hemm dubju fuq hekk, huwa kompitu tal-gudikant li jindaga u jinterpreta s-sens skond l-intenzjoni tal-legislatur, u b'quddiem ghajnejh ir-ragunijiet li geghlu lil-legislatur jaddotta l-ligi. Il-gudikant ghalhekk ghandu jirrikorri ghal "menslegis" biex jaghti dik l-interpretazzjoni li tikkorrispondi ghall-ispirtu nformatur tal-ligi.

Din kienet kawza ta' zgumbrament fejn il-konvenut kien kera l-fond in kwistjoni minghand enfitewtatemporanju "liema kirja kellha tkun ghal perjodu kollu li kien ghad fadal mill-koncessjoni enfitewtika."

Fi tmiem il-koncessjoni enfitewtika sehhet il-konsolidazzjoni tat-titolu favur l-atturi. Il-punt centrali f'din il-kawza kien jekk il-konvenut kienx igawdi mill-protezzjoni taht l-Artikolu 12(3) tal-Kap. 158 jiddisponi li:

"(3) Meta fit-tmiem ta' enfitewsi kif imsemmi fis-subartikolu (2)(a) jew (b) d-dar ta' abitazzjoni tkun suggetta ghal kirja, iddisposizzjonijiet ta' l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta' Bini, m'ghandhomx japplikaw dwar kirja bhal dik:

Izdameta l-kerrej taht l-imsemmija kirja jkun cittadin ta' Malta u jkun jokkupa d-dar bhala r-residenzaordinarja tieghu dan ghandu, fit-tmiem ta' l-imsemmija kirja, ikollu il-jedd li jkompli jokkupa d-dar taht kirja gdida minghand il-padrun dirett bl-istess kera u taht l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija fis-subartikolu (2)(i) u (ii) dwar l-enfitewta."

Il-punt dibattut kien jekk il-konvenut fi tmiem il-koncessjoni kienx jikkwalifika bhala kerrej jew le. L-ewwel Qorti ikkonkludiet li billi d-durata tal-kirja kienet marbuta mal-koncessjoni enfitewtika, il-kirja intemmet flimkien mal-koncessjoni u l-konvenut ma kienx jikkwalifika bhala kerrej f'dak il-mument.

Il-Qorti ta' l-Appell qieset li, l-Artiklu 12 fis-subinciz (1) tieghu jibda biex jipprovdi ghad-deroga mill-portata tieghu ta' kull haga fil-Kodici Civili jew f'xi ligi ohra inerenti ghall-kuntratti kollha ta' enfitewsitemporanja. Dan ipprovdiet ghalih biex proprju tidderoga ghall-effetti ta' l-Artikolu 1521 (1) tal-Kodici Civili fil-kaz tat-tmiem ta' l-enfitewsi.

Hekk ukoll l-istess ligi fis-subinciz (3) tal-istess Artikolu 12 hasbet ghall-ezenzjoni mill-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Ordinanzali Tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta' Bini f'kaz li f'gheluq l-enfitewsi d-dar ta' abitazzjoni tkun soggetta ghall-kirja. Dan naturalment ghamlitu ghax kien il-hsieb li f'kaz ta' kirja bhal dik, li tkunsaret minn censwalist, din tkun regolata biss mid-disposizzjonijiet tal-Att XXIII ta' l-1979. Attdan li jikkomprendi fih definizzjonijiet specjali stabbiliti f'din il-ligi, kompriz allura wkoll it-tifsira li din il-ligi taghti lill-kelma "kerrej". Inoltre, la ma giex hekk eskluz ukoll ifisser lid-disposizzjonijiet tal-Kodici Civili riferibilment ghal din il-kirja jibqghu applikabbli. Dan kemm ghar-rigward ta' zmien u aktar u aktar ghall-portata tal-Artikolu 1530 fejn it-titolu ta' kera jkun inghata minn min kellu titolu rizolubbli.

Huwa dezumibbli mill-proviso ta' l-Artikolu 12(3)illi, korrettement intiz, hekk kif fit-tmiem tac-cens l-enfitewta nghata l-fakolta` bis-subinciz (2) li jikkonverti t-titolu ta' cens li kellu f'wiehed ta' kera, hekk ukoll, bl-istess mod, kerrej, lijkun irceva l-fond minghand ic-censwalist, u jkun fl-okkupazzjoni tieghu ghandu fit-tmiem tal-kirjajedd li jkompli fl-istess okkupazzjoni tal-fond pero` b'kirja gdida kif mill-proviso mahsub. M'hemmx differenza jekk dik il-kirja spiccatx fl-istess waqt tac-cens jew kienx ghad hemm kirja miexja fit-tmiem tac-cens. Riportat ghall-hsieb tal-legislatur hu wisq logiku li anke fil-kaz prospettat f'din il-kawza l-legislatur kellu l-intenzjoni li, parifikatorju ghall-kaz ta' l-enfitewta, jakkorda protezzjoni, bl-operat tal-ligi, lill-kerrej fl-okkupazzjoni tal-fond, intemmet, jew le, l-kirja simultanjament mal-enfitewsi. Hu proprju dak l-istess proviso u ghalhekk il-ligi nfisha li f'dan il-kaztohloq ir-relazzjoni mal-padrun dirett ta' sid-konduttur, u li allura tinvesti lill-okkupant, gja kerrej, bid-dritt li jissokta fl-okkupazzjoni tal-fond ta' abitazzjoni taht il-kirja gdida hekk mahluqa bis-sahha ta' l-istess ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info