Reference: 323/2002/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DARMANIN PIERRE vs AGIUS MOIRA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, ECCEZZJONI LI X-XOGHOL SAR FUQ INSISTENZA TA` L-APPALTANT - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - APPALT, XOGHOL LI MA JKUN TA` EBDA UTILITA` - APPELL, DIGRIET LI JICHAD TALBA GHALL-HATRA TA` PERITI ADDIZZJONALI
Summary
L-appaltatur ghandu l-obbligu li jezegwixxi x-xoghol lilu kommess fis-sens li huwa ghandu l-obbliguwkoll li jara li dan ix-xoghol ikun sejjer isir utilment u mhux b'mod li l-quddiem juri difetti. L-appaltant ghandu l-obbligu li jezegwixxi xogholu sew skond is-sengha u l-arti u jrid jippresta almenuu kapacita` ordinarja. Dan fis-sens li hu "ghandu jiggarantixxi l-bonta` tax-xoghol tieghu".

L-appaltatur li jezegwixxi hazin ix-xoghol li jifforma l-oggett ta' l-appalt huwa responsabbli ghad-dannu kollu li jigi minn dik l-ezekuzzjoni hazina. Ghax kif jinsab ritenut ukoll "f'kaz bhal danhu ghandu mill-ewwel ma jaghmelx ix-xoghol jew ikollu jirrispondi ghad-difetti li jigu l-quddiem".

Dan hu hekk avvolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol jew l-appaltatur ikun mexa skond l-ispecifications jew l-istruzzjonijiet lilu moghtija mill-kommittent. L-appaltatur ghandu jirrezisti ordnijiet li jkunu ta' pregudizzju ghas-solidita` u kontra r-regoli tas-sengha u l-arti. L-appaltaturhu obbligat u hu dejjem responsabbli li jaghti lill-appaltant opra sodisfacenti, u ma jistghax jallega li x-xoghol sar mhux sewwa ghax hu ghamlu kif ried il-kommittent, billi l-appaltatur hu obbligatjirrezisti ghal kwalunkwe intromissjoni tal-kommittent.

Huwa pacifiku ukoll illi l-hlas tal-prezz tal-appalt jew il-hlas akkont ma jfissrux necessarjament approvazzjoni tax-xoghol jekk dan fil-fatt jirrizulta difettuz.

Meta allura jirrizultaw dawn id-difetti, kif certament hu l-kaz inispecje, l-appaltatur jitqies in kolpa minhabba inadempiment. Il-kolpa kontrattwali hija dik li tikkonsisti fin-nuqqas ta' l-ezekuzzjoni, jew f'ezekuzzjoni hazina, ta' l-obbligazzjoni rizultanti mill-kuntratt.

Effettivament, it-tutela akkordata mil-ligi lill-kommittent tinkwadra ruhha fl-ambitu ta' dik ir-responsabilita` kontrattwali normattiva minhabba inadempiment. Li jfisser li l-kommittent jista' jopta li jagixxi gudizzjarjament jew bl-ezekuzzjoni specifika ta' l-appalt jew bl-azzjoni li twassal ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratt (Art 1069 (1) tal-Kodici Civili). Fil-kaz il-wiehed jewl-iehor il-kommittent ikollu d-dritt jirreklama d-danni (Art 1069 (2)).

Jekk l-appaltant jallega li l-appaltatur minnu mqabbad jezegwixxi x-xoghol hazin, u fil-fatt ix-xoghol ikun fih xi difetti, dan ma hux bizejjed biex il-Qorti tiddikjara l-appaltatur responsabbli ghad-danni; ghax jekk id-difetti huma tali li fil-fehma tal-Qorti, u a sodisfazzjoni taghha, ma jaghtux lok ghad-danni, id-deklaratorja tar-r-responsabilita` ghad-danni ma hiex ammissibbli. U dan aktar u aktar jekk jittrapela li d-difetti riskontrati huma tant insinjifikanti u riparabbli malajr.

Jekk id-difetti ma jkunux essenzjali jew sostanzjali l-appaltant ma ghandux dritt jitlob ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt izda biss li jitlob li dawk id-difetti jigu riparati jew l-appaltatur jaccetta riduzzjoni fil-prezz.

A contrario sensu meta d-difetti huma ta' natura sostanzjali l-appaltatur mhux biss ghandu jitqies inadempjenti imma wkoll li ma jkollux dritt li jippretendi li jirrimedja ghad-difetti fl-ezekuzzjoni tax-xoghol.

Parti li ma tappellax minn digriet li jichad talba ghall-hatra ta' periti addizjonali titqies li tkun accettat tali digriet. Fi kwalsijasi kaz, din hija kwistjoni fakoltattivaghall-Qorti, mhollija fil-fakolta` u l-prudenza taghha. Qorti tat-tieni istanza, fuq appell minn decizjoni ta' cahda tat-talba ghan-nomina ta' periti addizzjonali "ma tiddisturbax id-diskrezzjoni uzata mill-ewwel Qorti hlief ghall-raguni serja, meta jidhrilha li dik id-diskrezzjoni ma gietx uzatasewwa".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info