Reference: 646/1997/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CILIA SAVIOUR ET vs GASAN INSURANCE AGENCY LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NEGLIGENZA FIT-TMEXXIJA TA` L-EWWEL KAWZA - RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` L-EWWEL GRAD - FATTI LI JIFFORMAW IL-BAZI TAR-RITRATTAZZJONI JRIDU JKUNU SARU MAGHRUFA LIR-RITRATTAND WARA LI JKUN GHALAQ IZ-ZMIEN TA` L-APPELL - TITOLU EZEKUTTIV, RINUNZJA GHAL
Summary
L-artikolu 253 tal-Kap 12 jipprovdi li l-gudikati kollha huma konsidrati bhala titolu ezekuttivi u jsiru ezegwibbli sempliciment u purament ghaliex huma 'res judicata'. Dan pero` ma jfisserx illi l-parti vincenti ma tistghax tirrinunzja ghall-effetti tas-sentenza di fronte ghal xi wiehed mill-partijiet sokkombenti fil-gudizzju. Rinunzja din li hemm bzonn li tkun cara u univoka u li timmanifestal-intenzjoni fir-rinunzjant li huwa jrid jabdika d-dritt tieghu stabbilit u konfermat mill-gudikat.

Huwa lecitu li f'kawza ta' ritrattazzjoni Qorti taghti rikonoxximent ghal tali rinunzja.

Il-ligi fit-titolu dwar ir-ritrattazzjoni ma taghmelx distinzjoni bejn konvenuti li dehru u kkontestaw il-kawza u konvenuti li baqghu kontumaci u ma tikkommina ebda dekadenza minn dak ir-rimedju kontra l-kontumaci, sempliciment ghal dik ir-raguni. M'hemmx l-eskluzjoni tal-kontumaci 'a priori' minn dan ir-rimedju.

Anqas il-fatt li ma jkunx sar appell mhux fih innifsu raguni ta' eskluzjoni mir-ritrattazzjoni. Dak li l-ligi tipprovdi hu biss illi, fil-kaz ta' talba ghar-ritrattazzjoni deciza b'sentenza tal-Qorti ta' prim'istanza li tkun ghaddiet f'gudikat jenhtieg illi l-parti li titlob ir-ritrattazzjoni tkun giet taf bil-fatti li jaghtu lok ghaliha wara li jkun ghalaq iz-zmien ta'l-appell. Naturalment jekk il-parti li titlob ir-ritrattazzjoni kienet taf bil-fatti li jaghtu lokghaliha meta hi kienet ghadha utilment tinqeda bir-rimedju ordinarju ta' l-appell hu sewwa li hi matkunx tista' tigi ammessa li tezercita r-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni.

Premessi s-suesposti rilevanzi tal-principju, jidher li l-interpretazzjoni l-aktar konkordi tad-dispost tal-ligi fl-artikolu 812 tal-Kap 12 hi dik li r-ritrattand jenhtieglu jissodisfa ukoll bhala pre-kondizzjoni ghall-aditu tat-talba tieghu ghar-ritrattazzjoni illi hu sar jaf bil-fatti li jintitolawh iressaqtalba bhal din wara li kien skorra z-zmien ta' l-appell.

L-Artikolu 812 tal-Kap. 12 jiddisponi li "Ir-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b'sentenza moghtija minn qorti ta' l-ewwel grad, u li ghaddiet f'gudikat, tista' tinghata wkoll, fuq talba tal-partijiet li jkollhom interess, f'kull wiehed mill-kazijiet imsemmijin fl-ahhar artikolu qabel dan, basta li l-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom titlob ir-ritrattazzjoni, wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell."

Il-bazi ta' dan il-provvediment li jirregola l-istitut tar-ritrattazzjoni ssib l-ispirazzjoni taghha mill-principju kardinali li s-sistema gudizzjarju hu mibni fuq l-opportunita` ta' appell wiehed minn sentenza ta' l-ewwel grad u li ma hux permess hlief f'kazijiet eccezzjonali li l-Qorti terga' tikkonsidra dak li jkun b'mod jew iehor ghadda in gudikat u jaghmel stat bejn il-partijiet. Hu ghalhekk li gustament il-ligi tal-procedura biex tiffavorixxi l-istat ta' certezza ta' dritt tkompli targina u tillimita l-opportunita` ta' ritrattazzjoni ta' kawzi decizi mill-Qorti ta' l-ewwel grad ghall-kazijiet eccezzjonali kif provvdut fl-Artikolu 812 fuq citat. Kazjiet li jezigu bhala rekwizit sine qua non illi l-parti tkun giet taf bil-fatt li mhabba fih tkun qed titlob ir-ritrattazzjoni wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell.

Ir-ritrattand ghandu l-oneru li jsegwi l-kawza u hu ghandu jkun jafmeta tkun inqatghet il-kawza.

Ma jidherx li dan ir-rimedju hu miftuh lil kull min jommetti d-difiza jew ihalli l-kawza tigi deciza u t-terminu ta' l-appell jiddekorri biex imbaghad jirrikorri ghall-istess rimedju.

Jekk, kif pacifikament ricevut, ma jistax jigi permess li taht il-pretest tar-ritrattazzjoni l-litigant sokkombent jerga' jiftah il-kawza u b'hekk indirettament krejat tribunal tat-Tielet Istanza dan hu maggorment hekk il-kaz fejn l-istess sokkombent ma jkunx, imbaghad, fil-kaz ta' sentenza ta' l-ewwel istanza, ipprevalixxa ruhu mir-rimedju ta' l-appell fiz-zmien utili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info