Referenza: 4/1999

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/09/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs AIMEN SAID GIALI EL BADEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGITAZZJONI TAL MOHH - ARTIKOLU 223 TAL KAP 9 - ARTIKOLU 227 TAL KAP 9 - FURIA DI SANGUE - LEGITTIMA DIFEZA - PASSIONI ISTANTANJA - PROVOKAZZJONI
Fil-Qosor
Jemergi li biex omicidju volontarju jkun skuzabbli jinhtieg li l-persuna li tikkommettieh, fil-waqttad-delitt, ma tkunx fi stat li tqis l-ghemil taghha minhabba li tkun taht l-influwenza immedjata (i) ta' passjoni istantanja, jew (ii) ta' agitazzjoni tal-mohh. Sija fil-kaz ta' passjoni istantanja usija fil-kaz ta' agitazzjoni tal-mohh, jibqa' dejjem mehtieg li l-persuna li toqtol tkun taht l-influwenza immedjata ta' wiehed jew l-iehor minn dawn l-istati mentali.

Dan l-istat mentali tal-akkuzat jista' jkun dovut, ghalkemm mhux necessarjament, ghall-provokazzjoni, u jinghad ‘jista' jkun' il-ghaliex mhux impossibbli l-kaz ta' persuna taht l-influwenza immedjata ta' agitazzjoni tal-mohhbla ma jkun hemm l-ebda provokazzjoni, bhal, per ezempju, fil-kaz tal-infanticidju.

Biex iservu ta' attenwant ghal akkuza ta' omicidju volontarju, kemm il-passjoni istantanja u kemm l-agitazzjoni tal-mohh, li taht l-influwenza taghhom persuna tagixxi, iridu jkunu tali li mhabba fihom dik il-persuna, fil-waqt tad-delitt, ma tkunx tista' tqis l-ghemil taghha.

U f'dan ir-rigward il-ligi tghidilna li fil-kazijiet ta' provokazzjoni, cioe` f'dawk il-kazijiet fejn ikun qieghed jigi nvokat l-attenwant tal-provokazzjoni li tkun ipproduciet passjoni istantanja jew agitazzjoni tal-mohh, biex l-akkuzat jitqies li ma kienx jista' jqis l-ghemil tieghu jinhtieg illi fil-fatt l-omicidju jkunsar habba sahna ta' demm u mhux ghaliex kien hemm il-hsieb maghmul tal-qtil ta' persuna jew ta' hsara gravi fuq il-persuna, u illi r-raguni tal-provokazzjoni kienet tali illi, f'nies ta' temperamentordinarju, komunement iggib l-effett li ma jkunx kapaci li jqisu l-konsegwenzi tad-delitt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni