Reference: 4/2004/1

Judgement Details


Date
07/07/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
STILON DE PIRO DR.MARIO PRO ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI - ATT 1 TAL-1983 - ESPROPRJAZZJONI - KUMPENS XIERAQ
Summary
Mid-dokumenti esibiti jirrizulta stabbilit illi l-proprjeta' tar-rikorrenti giet esproprjata taht il-Provvedimenti tal-Att I tal-1983 u li b'dan ir-rikors qeghdin jitolbu li jinghataw il-kumpens gustli ghalih ghandhom dritt. L-Att I tal-1983 jipprovdi fl-Artikolu 5(3) li kull persuna li jkollha jedd jew interess fl-art esproprijata ghandha d-dritt li tadixxi dan il-Bord sabiex jigi stabbilit il-kumpens u sabiex tikseb il-hlas tieghu.

Ghalkemm l-Att I tal-1983 fl-Artikolu 6 jipprovdi kjarament li l-istima tal-kumpens tal-art esproprijata ghandha ssir f'kull kaz a bazi ta' art ikkunsidrata bhala “raba jew moxa skond il-kaz”, jirrizulta pero' mill-istima tal-A.I.C. Alfred Fenech li l-art in kwistjoni giet infatti zviluppata u imqassma lill-privat u li l-istess art ghandha tkun ikkunsidrata bhala art fabbrikabbli b'valur fis-suq ta' Lm250,000.

Ir-rikorrenti qed jallegaw illi ladarba li l-art in kwistjoni giet zviluppata fi plots u mqassma lill-pubbliku, l-kumpens li ghandu jinghad lilhom huwa tal-istess art bhala wahda fabbrikabbli u mhux bhala raba'. Il-fatt li l-Bord huwa marbut li jistma l-art bhala raba' iwassal, qed jigi allegat, ghat-tehid tal-art proprjeta' taghhom minghajr kumpens xieraq, bi ksur tad-drittijiet taghhom kif sanciti fl-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu I tal-ewwel Protocol tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Kap. 319).

Meta l-art giet esproprjata, dik l-art kienet art raba'; fil-fatt, kieku ma kienetx hekk, l-istess art ma kienetx tkun tista' tigi esproprjata taht l-Att numru I tal-1983, u dana peress li skont l-artikolu 3(4) tal-istess Att, ebda art meqjusa bhala art ghall-bini ma setghet tigi esproprjata bis-sahha ta' dik il-ligi. Ir-rikorrenti ressqu t-talba taghhom ghal kumpens wara t-tehid tal-art a tenur tal-istess ligi u skont il-provedimenti tal-istess ligi, u kwindi rrikonoxxewli, bhala fatt, meta l-art taghhom giet esproprjata, din kienet art raba' jew moxa. L-argument tar-rikorrenti huwa bbazat fuq il-fatt li, la darba l-istess art giet sussegwentement zviluppata ghall-bini mill-Gvern, il-kumpens moghti ghandu jirrifletti din ic-cirkostanza.

Jirrizulta wkoll lil-proceduri quddiem il-Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet ghadhom pendenti, u ghadu ma giex determinat l-ammont ta' kumpens li ghandu jinghata lir-rikorrenti, u dan peress li dawk il-proceduri gew sospizi pendenti determinazzjoni tal-kwistjoni in materja sollevata mir-rikorrenti. Hija din ic-cirkustanza li hija l-meritu tal-eccezzjoni preliminari sollevata mill-intimat, peress li qed jigi minnuallegat li la darba fil-proceduri quddiem l-imsemmi Bord ghad ma rrizultax il-kumpens likwidat favurir-rikorrenti, ma jistax jinghad li huma ma nghatawx “kumpens xieraq”; sa issa ghadhom ma inghatawebda kumpens.

F'dik il-kawza, ir-rikorrenti kienu lanqas biss bdew proceduri quddiem il-Bordtal-Arbitragg dwar l-Artijiet, u dan peress li ssottomettew illi dak ma setghux jaghmluh ghalhiex kienu ged jimpunjaw l-istess ligi. L-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali ma qablitx ma dak l-argument wara li insistiet li ma setghetx tiddeciedi dwar jekk kumpens kienx xieraq jew le qabel ma jigi stabbilit awtorevolment x'inhu l-kumpens li haqqhom ir-rikorrenti.

L-att numru I tal-1983 ghandujinghata c-cans jahdem u jistabilixxi l-kumpens li, skont il-provedimenti tieghu, ikunu intitolati ghalih ir-rikorrenti; wara ikun jista' jsir ezami fuq jekk dak il-kumpens huwiex “xieraq” jew le. Wiehed ma jistax jghid li mhux se jinghata kumpens xieraq, meta ghadu, ma jafx kemm se jkun il-kumpensakkordat lilu.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-materja billi tichad bhala intempestiva l-kwistjoni kostituzzjonali sollevata mir-rikorrenti fl-atti tal-kawza numru 4/95 quddiem il-Bord tal-Arbitragg dwar Artijiet; il-Qorti tordna wkoll li l-atti kollha jintbaghtu lura lill-Bord tal-Arbitragg dwar Artijiet ghal kontinwazzjoni. L-ispejjez kollha ta' din id-decizjoni ghandhom jithallsu mir-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info