Reference: 25/2001/1

Judgement Details


Date
01/07/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CAMILLERI JOSEPH vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DRITT KOSTITUZZJONALI - RIMEDJI GHALL KSUR TAL JEDD TA PERSUNA - RIMEDJI TAL AZZJONI TAL ISTHARRIG GUDIZZJARJU
Summary
L-ezistenza ta' rimedju iehor lill-parti li tressaq azzjoni ta' allegat ksur ta' jedd fondamentali taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Konvenzjoni ghandha tirrizulta lill-Qorti bhala stat ta' fatt attwali u obbjettiv, u d-diskrezzjoni li tista' twettaq il-Qorti biex ma tezercitax is-setghat taghha “jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel” minhabba l-ezistenza ta' rimedju iehor hija decizjonifuq tali stat ta' fatt. Kemm hu hekk, huwa biss meta jew jekk jirrizulta lill-Qorti bhala fatt li (kien) jezisti rimedju iehor effettiv lir-rikorrent li l-Qorti tista' tiddelibera jekk ghandhiex twarrab milli tezercita s-setghat taghha li tisma' l-ilment imressaq quddiemha. F'kaz li ma jirrizultaxli kien hemm rimedju iehor xieraq, il-Qorti trid tiehu konjizzjoni tal-ilment, u f'kaz li kien hemmrimedju iehor, il-Qorti jibqaghlha s-setgha li tiddeciedi li ma ccediex l-ezercizzju tas-setgha taghha.

M'huwiex moghti lil persuna l-beneficcju li l-ewwel thalli jghaddi ghalxejn iz-zmien lifih setghet tiehu r-rimedju ghall-ksur tal-jedd taghha, u mbaghad tressaq ilment kostituzzjonali jewkonvenzjonali dwar l-istess ksur bhallikieku l-procedura kostituzzjonali jew konvenzjonali kienet xi rimedju in extremis li wiehed jista' jirrikorri ghalih biex isewwi zball jew nuqqas li ma messux twettaq qabel.

Fil-qasam ta' dritt kostituzzjonali, il-ksur tal-jedd fondamentali taht ezami jista' u kellu jissewwa b'rimedju xieraq kull meta l-parti mgarrba taghti prova li dan sehh, u dan indipendentement mill-andament li jkunu hadu l-proceduri li dwarhom jitqajjem l-ilment tan-nuqqasta' smigh xieraq, u indipendentement minn jekk il-persuna mgarrba irrikorrietx ghar-rimedji ordinarji disponibbli lilha. Mhux hekk biss, izda nghad ukoll li fejn il-ksur tad-dritt, kif ippruvat, kien gab mieghu ic-cahda ta' jedd fondamentali tal-persuna, ghal xi raguni li tkun imqar jekk minhabbazball ta' haddiehor u mhux bi htija taghha, il-Qorti m'ghandha qatt tezercita d-diskrezzjoni taghhali ma tezercitax is-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' l-ilment.

F'ghadd ta' sentenzi moghtijin f'dawn l-ahhar snin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandujirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivament disponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm matingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c)m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghturimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgibata' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent;(f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla matistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni, u (g) meta r-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta'organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Warali l-Qorti qieset ic-cirkostanzi kollha li jsawru l-kaz, u wara li qieset il-principji stabiliti dwar kif din il-Qorti ghandha tuza d-diskrezzjoni taghha li tiddeciedi jekk ghandhiex tezercita s-setgha taghha li tkompli tisma' l-kaz, tasal ghall-fehma li ma tezistix raguni tajba u impellenti bizzejjed biex tilqa' l-eccezzjoni tal-intimati. Dan jinghad fuq kollox minhabba li jidher li l-esproprjazzjoni sehhet fl-1991.

Huwa maghruf li r-rimedju tal-azzjoni tal-istharrig gudizzjarju ddahhalfil-ligi procedurali taghna fl-1995. Huwa stabilit ukoll mill-istess artikolu li azzjoni ghal stharrig gudizzjarju ghandha ssir fi zmien sitt xhur minn dak inhar li jsehh l-att amministrattiv lamentat. Huwa minnu li fil-kaz fejn l-att ta' amministrativ jigi allegat li jikser il-Kostituzzjoni, mahemmx zmien preskritt li fih l-azzjoni tista' ssir, izda huwa llum il-gurnata accettat li l-azzjonighal stharrig gudizzjarju taht l-artikolu 469A ma ghandhiex tiehu l-post u lanqas titqies bhallikieku kienet azzjoni kostituzzjonali (jew konvenzjonali). Minbarra dan, ir-rimedju li jista' jinghata f'din il-kawza (kieku l-ilment tar-rikorrenti kellu jitqies misthoqq u ippruvat kif imiss) jidher lijkun usa' minn dak li jista' jinghata lir-rikorrenti kieku kellhom jirrikorru ghall-azzjoni ta' stharrig gudizzjarju.

Ghaldaqstant, il-Qorti qeghda taghzel li twettaq is-setghat taghha kemm taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni u kif ukoll taht l-artikolu 4 tal-Kapitolu 319, billi tkompli tisma' l-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info