Referenza: 60/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/05/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA JEREMY, ZAMMIT ANTOINE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PROVA, XHIEDA TA` KO-AKKUZAT - SERQ, KWERELA - SERQ, RINUNZJA TAL-KWERELA
Fil-Qosor
Ko-akkuzat mhux xhud kompetenti favur jew kontra l-ko-akkuzat l-iehor jew il-ko-akkuzati l-ohra. Dinir-regola hi desunta a contrario sensu minn dak li jipprovdi l-paragrafu (b) ta' l-Artikolu 636 tal-Kodici Kriminali, u giet kostantement applikata mill-qrati taghna, fis-sens li l-ko-akkuzat isir xhud kompetenti fir-rigward ta' ko-akkuzat iehor biss wara li l-kaz fil-konfront tieghu jkun gie definittivament deciz.

Huwa veru li bhala regola ir-reat ta' serq hu azzjonabbli ex officio mill-Pulizija Ezekuttiva, pero` ghal din ir-regola hemm l-eccezzjonijiet kontenuti fl-Artikoli 331 u 332 tal-Kodici Kriminali. L-Artikolu 332 jipprovdi li, hlief fil-kazijiet imsemmijin fl-Artikoli 316, 317 u 318 l-azzjoni kriminali ma titmexxiex minghajr il-kwerela tal-parti offiza, ghar-reati li jsirukontra hwejjeg ta' l-axxendenti jew kontra hwejjeg tal-qraba bi zwieg fil-linja ta' l-axxendenti, jew ta' l-ahwa, bniet u subien, jew tal-qraba bi zwieg fl-istess grad, meta dawn ir-reati ma jkunux saru flimkien ma' omicidju, offiza fuq il-persuna (minbarra offiza hafifa u ta' importanza zghira), jew ma' sekwestru tal-persuna. F'kaz fejn tkun mehtiega kwerela u l-kwerelanti tkun irrinunzjat ghall-kwerela, l-azzjoni fir-rigward ta' l-akkuza ta' serq kellha tigi dikjarata estinta




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni