Referenza: 77/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/06/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
TABIB PRINCIPALI TAL-GVERN vs BONNICI DR MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, NULLITA` TA` - NUQQAS TA` INDIKAZZJONI TAL-QORTI
Fil-Qosor
In-nullita' ta' l-atti gudizzjarji hija sanzjoni estrema li l-ligi trid li tigi mposta biss meta n-nuqqas fl-att formali hija sostanzjali -u assolutament ma tistghax tigi tollerata minghajr hsara ghalxi principju ta' gustizzja procedurali.

Hawnhekk il-Qorti irriteniet li minkejja l-fatt li l-attur naqas milli jindika l-Qorti li fiha kienet giet prezentata c-citazzjoni, dan in-nuqqas ma kienx ippregudika lill-konvenut billi l-Qorti kienet indikata fi skritturi ohra u l-konvenut iddefendal-kawza quddiem il-Qorti t-tajba.

It-teorija l-aktar accettabbli mill-Qrati, f'kazijiet ta' nullita' ta' l-atti, hi dik li tiffavorixxi l-ammissibilita' u mhux in-nullita' ta' l-att. Dan in omagg ghal principju illi n-nullitajiet ghad-deficjenzi procedurali ghandhom jigu skoraggiti u fejn hupossibbli l-atti jigu salvati u evitati spejjez inutili. Il-Qorti ghandha thares aktar lejn dak lihu skond il-haqq u s-sewwa, u l-gustizzja sostanzjali milli lejn il-legalizmu u formalizmu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni