Reference: 940/2001/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR CARMELO NOE vs ZAMMIT VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, IL-QORTI MHIX MARBUTA BIL-KAWZALI TA` - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, REKWIZITI FORMALI - AZZJONI, NATURA U INDOLI GHANDHOM JIGU DEZUNTI MIT-TERMINI TAL-ATT LI BIH JINBDEW IL-PROCEDURI - CITAZZJONI, KAWZALI MA JISTGHUX JINBIDLU FIL-KORS TAL-KAWZA - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT - SENTENZA, EXTRA PETITA
Summary
Kif maghruf, l-inkompetenza tal-Qrati Inferjuri minhabba l-valur tal-haga tigi determinata essenzjalment mill-att promotur, it-talbiet u l-premessi taghhom ghax huma f'dawn li b'mod generali l-Qorti tezercita l-gudizzju taghha u allura l-kompetenza taghha. Huwa minnu li, kif jinsab rikonoxxut ukoll, jezistu kazijiet fejn il-kompetenza ma tiddependiex mid-domanda biss, imma anke mill-eccezzjoni uallura kaz jista' jibda biex ikun ta' kompetenza tal-Qorti adita izda jispicca, in vista tal-eccezzjoni, biex jirrendi dik l-istess Qorti nkompetenti.

Kif pacifikament akkolt, id-dikjarazzjonijiet li talvolta jkunu mehtiega biex l-attur jasal ghal xi wahda mid-domandi tieghu m'hemmx bzonn lijsiru fic-citazzjoni taht forma ta' domandi. Maggorment, imbaghad, fil-kaz ta' talba introdotta b'avviz fil-qrati inferjuri il-ligi hija inqas reigoruza dwar il-forma ta' l-istess milli kieku kienet saret fil-qrati superjuri.

Hu maghruf, u anke accetat, in linea ta' principju generali, illi n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu dezunti mit-termini tal-att li bih jinbdew il-proceduri. Hi wkoll regola procedurali, sostenuta mill-gurisprudenza, illi l-kawzali tad-domanda ossija r-raguni guridika tat-talba, oltre li ghandha tigi mfissra car u sewwa, ma tistax tigi mibdula jew aggunta u l-Qorti ghandha toqghod ghat-talba kif tkun giet imfissra fl-att tac-citazzjoni. Dan b'mod lil-Qorti ma tistax tiddeciedi fuq xi dritt iehor li jkun jirrizulta, anke ghaliex, kif ritenut, "mhuxlecitu li l-kawza tigi maqtugha fuq kawzali differenti minn dik espressa fic-citazzjoni".

Huwa veru li biex tigi evitata n-nullita` tac-citazzjoni l-Qrati rrikorrew ghall-kriterju tal-ekwipollenza. Hekk ukoll huwa daqstant iehor veru li, kif jinsab ritenut, fil-Qorti Inferjuri l-attur jista' jibdel il-kawzali. Kemm l-imsemmi kriterju kif ukoll it-tibdil tal-kawzali huma hekk applikati jew konsentiti meta l-kawzali ma tkunx espressa sew fic-citazzjoni jew fil-kaz ta' kawzali mfissra aktarx lakonikament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info