Referenza: 723/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/07/2001
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
ALLIED NEWSPAPERS LIMITED vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT TA` ACCESS GHAL-TRIBUNAL GUDIZZJARJU JEW KWAZI-GUDIZZJARJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-PROCEDURA DDUM NUMRU TA` SNIN BIEX TINTEMM - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META L-GVERN MA JIBDIEX PROCEDURI QUDDIEM IL-BORD TAL-ARBITRAGG DWAR L-ARTIJIET - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROPORZJONALITA` RIKJESTA AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA FL-IMPOSIZZJONI TA` KONTROLLI FUQ L-UZU TA` PROPRJETA`
Fil-Qosor
Bhala regola, biex wiehed jista' jiggustifika t-tehid ta' proprjeta` jew l-interferenza mat-tgawdijapacifika ta' tali proprjeta` fl-interess pubbliku jew fl-interess generali irid ikun gie identifikat b'mod konkret dak l-uzu fl-interess pubbliku jew fl-interess generali. Mhux sufficjenti, ghalhekk,li jkun hemm progett fl-arja jew il-mera possibilita` ta' xi progett, ghax altrimenti facilment, taht il-pretest tal-interess pubbliku jew l-interess generali, jigi eluz dan id-dritt fondamentali. Huwa f'dan is-sens li jrid jinzamm bilanc gust bejn l-interessi tas-socjeta` u l-interess tal-individwu.

Id-dritt protett mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja huwa applikabbli anki meta persuna li tqis li interferenza mal-ezercizzju ta` xi dritt ta` natura civili hija illegali u tilmentaruhha li ma kelliex il-possibilita` li tissottometti l-pretensjoni taghha lil tribunal li jissoddisfa r-rekwiziti tal-Artikolu 6(1).

Dewmien fl-inizjar tal-proceduri quddiem il-Bord tal-Arbitragg tal-Artijiet biex ikun jista' jigi determinat il-kumpens xieraq ghal esproprjazzjoni ta` fond immobbli lis-socjeta` rikorrenti jikkostitwixxi ksur tad-dritt ghal smiegh xieraq fi zmien ragjonevoliprotett mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem uLibertajiet Fundamentali.

Ma hemmx vjolazzjoni wkoll taht l-artikolu 39(2) tal-Kostituzzjonili tipprospetta s-sitwazzjoni meta jkun hemm proceduri ga` mibdija quddiem qorti jew awtorita` ohragudikanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni