Reference: 24/2002

Judgement Details


Date
26/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ATTARD IGNATIUS vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` KSUR TAD-DRITTIJIET FONDAMENTALI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT
Summary
Hemm differenza bejn meta appellant minn decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar jikkontesta li l-policy li giet applikata hija dik applikabbli ghall-kaz in kwistjoni u meta jikkontesta biss l-interpretazzjoni u l-valutazzjoni li saret mill-Bord meta gie biex japplika l-istess policy ghall-kaztieghu. Dan it-tieni tip ta' lment ma jikkwalifikax bhala punt ta' dritt izda biss bhala punt ta' fatt.

Ghalhekk kwistjoni jekk l-gholi tal-bini ghandux jigi kkalkulat mill-livell tat-triq 'ilfuq jew li wiehed ghandu jghodd is-sulari tal-bini kollha ma tistax issir. Din taqa' fil-mansjoni tal-Bord ghax huwa punt tekniku u ta' fatt.

Biex issir gustizzja mal-partijiet, it-tezi dwarcommitment ta' lokalità kellha tigi nvestigata sewwa u l-kwistjoni dibattuta bejn il-partijiet kellha tigi epurata u deciza b'motivazzjoni debitament studjata biex taghti sodisfazzjon anke lill-partitelliefa, u mhux tigi dik it-tezi semplicement skartata b'zewg kelmiet. Min hu mghobbi bir-responsabbilta` tal-gudizzju ma jistax jiehu 'short cut' fejn il-gustizzja ma tkunx tippermettilu li jaghmeldan. Diversament l-effett kumulattiv jista' jkun li tintilef il-kredibilita', b'gudikati li ma jkunux motivati sewwa u b'hekk issir hsara kbira lill-amministrazzjoni tal-gustizzja.

Meta, fl-investigazzjoni ta' applikazzjoni ghall-permess tal-izvilupp, issir l-allegazzjoni li fl-inhawi diga' jezisti zvilupp bhal dak li qed jintalab permess ghalih, kemm l-Awtorita' u kemm ukoll il-Bord ghandhom id-dover li jivverifikaw sewwa din l-allegazzjoni. Izda dan mhux fl-ambitu ta' investigazzjonijiet ta' drittijiet fondamentali, izda unikament fl-ambitu ta' konsiderazzjonijiet tal-ippjanar, u cjoe', biex jaraw jekk, tenut kont tal-izvilupp attwali fl-inhawi tas-sit in kwistjoni, ikunx gust u sewwa li l-permess mitlub jigi akkordat.

Allegazzjoni tal-appellant li d-decizjoni tal-Bord tippekka minhabba diskriminazzjoni u arbitrarjeta', ma tistax tigi ezaminata u deciza f'appell minn decizjoni tal-Bord, billi tezorbita mill-gurisdizzjoni konferita mil-ligi lill-Qorti tal-Appell, fil-kuntest tal-appelli intavolati taht l-istess ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info