Reference: 613/1999/1

Judgement Details


Date
27/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FARRUGIA FRANCIS vs FARRUGIA ROBERT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` QBIELA
Summary
Il-pussess tar-raba' huwa biss wiehed mill-elementi kostitutivi tat-titolu tal-qbiela, izda l-pussess wahdu ma jsarrafx dak it-titolu.

Il-fatt li bniedem kien jahdem ir-raba' ma jaghtihx jedd awtomatiku ta' titolu ta' qbiela u lanqas ma juri b'daqshekk biss li dak il-jedd jinsab maghruf mis-sid. Hija r-rieda tal-ligi wkoll li kiri ta' raba' ghal zmien ta' aktar minn erba' snin ghandu jsirb'kitba taht piena ta' nullita'. Dan jinghad ghalkemm gie ukoll ritenut li l-kuntratt tal-qbiela majehtiegx xi formalita' rigida ghall-holqien tieghu u ghandu "elementi semplicissimi" Ghaliex, kif inghad, il-ligi taghraf titoli ohrajn minbarra l-qbiela li bihom wiehed izomm f'idejh u/jew jahdem raba' li mhux tieghu. Fost dawn hemm il-kommodat u wkoll il-prekarju, li jixbah lil tal-ewwel, imma fil-kaz tal-prekarju ma jissemmiex iz-zmien li l-haga tkun qeghda tigi mghoddija lill-pussessur u b'hekk is-sid jista' jitlobha lura x'hin irid. Il-qbiela ma tistax tkun minghajr konsiderazzjoni u jrid jintwera l-hlas ta' korrispettiv lis-sid;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info