Reference: 42/2004

Judgement Details


Date
26/05/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs BEZZINA MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPARIXXI, FUNZJONI TA` - KOMPARIXXI, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT - KOMPARIXXI, INDIKAZZJONI TAL-POST TAR-REAT - RAGION FATTASI, ELEMENTI TA`
Summary
Is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 360 tal-Kodici Kriminali jipprovdi li:

"Ic-citazzjoni ghandha ssemmi car il-persuna mharrka, u ghandu jkun fiha, fil-qosor, il-fatti ta' 1-akkuza, bil-partikularitajiet ta' zmien u ta' lok li jkunu jinhtiegu jew Ii jkunu jistghu jinghataw."

Ic-citazzjoni ma hi xejn hlief avviz jew ordni sabiex il-gudikabbli jidher quddiem qorti inferjuri fil-hin u data ii jigu indikati lilu, minflok ma jingieb quddiem dik il-qorti taht arrest (Art.360(1)). Din ic-citazzjoni ma hix il-bazi tal-akkuza, bhalma hu l-kaz tal-att ta' akkuza quddiem il-Qorti Kriminali.L-akkuza jew imputazzjoni tigi profferita fil-qorti inferjuri meta tinqara mill-prosekuzzjoni: Galadarba l-persuna mharrka effettivament tidher quddiem il-qorti, il-funzjoni principali tac-citazzjoni(ghax hemm funzjonijiet ohra, bhal, per ezempju, li l-imputat ikun jaf biex qed jigi akkuzat sabiexikun jista' jiddefendi ruhhu sew, kif ukoll l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni) tkun giet ezawrita.

Id-dettalji msemmijin dwar il-fatti ghandhom jigu ndikati fiha mhux ghall-fini tal-validita' taghha, jew tal-proceduri, kompriza s-sentenza, li jsegwuha, izda ghall-fini ta' pratticita' u ta' evitar ta' telf ta' zmien, u cioe' biex l-imputat x'hin jidher quddiem il-Qorti jkun jaf fuqhiex ikungie mharrek, u hekk dakinhar stess li jidher ikun preparat biex jiddefendi ruhu ghall-imputazzjoni dedotta.

Dan kollu ifisser li c-citazzjoni li jkun fiha l-ordni lill-imputat biex jidher quddiem il-Qorti tal-Magistrati qatt ma tista' tkun nulla, kemm jekk tkun tikkontjeni kif ukoll jekk ma tikkontjenix dettalji korretti jew skorretti tal-fatti. F'ebda kaz dik ic-citazzjoni ma ggib in-nullita' tal-proceduri sussegwenti, kompriza s-sentenza.

Dawn il-fatti, naturalment, iridu juru b'mod car ir-reat ii tieghu l-persuna tkun qed tigi imputata, minghajr il-htiega ta' tigbid ta' kliemjew immaginazzjoni, jigifieri b'mod li l-imputat ikun jaf ta' liema reat jew reati qed jigi akkuzatu ghal liema reat jew reati jrid iwiegeb.

Ir-reat ta' ragion fattasi huwa kostitwit mis-segwenti elementi:

(1) att estem ii jispolja lil xi hadd iehor minn haga li jkun qieghed igawdi, liema att ikun ezegwit kontra l-opposizzjoni, espressa jew presunta, ta' dan il-hadd iehor; (2) il-kredenza li l-att qieghed isir b'ezercizzju ta' dritt; (3) il-koxjenza fl-agent li hu qieghed jaghmel'di privato braccio' dak li jmissu jsir per mezz ta' l-awtorita' pubblika; u (4) in-nuqqas ta' titolu li jirrendi l-fatt aktar gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info