Reference: 1466/1995/1

Judgement Details


Date
26/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA MARIO vs ATTARD JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN ITELLEF ID-DRITT TA` XI HADD LI JAGIXXI KONTRA L-AWTUR TAD-DANNU - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI FIL-KAZ TA` HABI TA` L-IDENTITA` TAR-RESPONSABBLI GHAD-DANNU
Summary
Min ikun jinstab li bl-agir tieghu jkun tellef id-dritt ta' l-attur biex dan jagixxi b' success kontra l-awtur tad-dannu jigi fi htija jekk b'hekk iffacilita u ghen biex l-azzjoni tigi frustrata. Il-ligi timponi obbligu fuq kulhadd li ma jaghmel xejn biex bl-agir tieghu jarreka dannu lil haddiehor.Dan hu sew inferit mid-dispost ta' l-Artikolu 1031 tal-Kodici Civili. Jekk allura xjentement persuna tiddikjara li kienet hi li saqet il-vettura fil-mument tas-sinistru u tali dikjarazzjoni tirrizulta aktar tard li kienet inveritiera u falza, dan l-agir kriminuz tieghu jghabbih bil-konsegwenzi kollha civili li jsehhu b' rizultat dirett ta' tali agir. Jista' jinghad allura illi tkun fic-cirkostanzi rizultanti din l-illegalita` l-kagun tad-dannu. B' danakollu, kif fuq gja ritenut din il-posizzjoni tibqa' hekk, jekk, u una volta, jinstab li l-preskrizzjoni eccepita tistronka l-azzjoni ta' l-attur di fronte ghall-imsejjah fil-kawza qua awtur materjali tal-hsarat kagjonati fil-vettura;

Hu veru li skond l-Artikolu 2137 tal-Kodici Civili l-preskrizzjoni ta' l-azzjoni tibda minn dakinhar li l-azzjoni tista' tigi ezercitata u dan minghajr ma jittiehed qies ta' l-istat jew tal-kondizzjoni tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss. L-attur hawnhekk fil-fatt agixxa tempestivament kontral-konvenut bl-azzjoni minnu ntrodotta ghaliex ghalih kien dan li pprezenta ruhu ma' l-awtorita` tal-Pulizija bhala l-awtur tad-dannu. Effettivament ma kienx jidher illi l-attur kien konxjament jaf minn qabel il-proponiment ta' l-azzjoni illi s-sewwieq ma kienx il-konvenut izda neputih. Hu naturali illi l-qaghda hekk raggunta tidderiva minn kawza estrinseka li l-attur ma setax jirrimuovi qabel ma giet determinata, bi proceduri idonei, il-falsita`. Ghalhekk meta kienet tikkonkorri din is-sitwazzjoni, l-ostakolu kellu jitqies li jaghti lok ghas-sospensjoni;

Dak li hu responsabbli ghad-dannu u li kien jaf li terz ikun ipprezenta ruhu bhala li kien hu li saq u habat bil-karozza ma jistax imbaghad japprofitta ruhu mis-sitwazzjoni razenti d-dolozita` biex igib fix-xejn id-dritt ta' l-attur bl-eccepita preskrizzjoni. Dan anke ghaliex, kif saput, hadd ma hu tollerat li mit-turpitudinitieghu stess jaghmel il-bazi gudizzjarja, kemm jekk ta' pretiza jew ta' difiza;

Jekk id-debitur jirrikonoxxi d-dejn, dan ir-rikonoxximent jimporta rinunzja ghall-preskrizzjoni, u dan ir-rikonoxximent jista' jkun anke prezunt jew indirett. U lanqas hemm bzonn li r-rikonoxximent ikun ghall-kwantita` kollha dovuta, u jista' wkoll jirrigwarda kreditu illikwidu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info