Reference: 157/2000/1

Judgement Details


Date
19/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI EDWIGE ARMLA MINN ROGER vs DEBATTISTA GAETANO NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NOTIFIKA, KORP MOGHNI B`PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA - PROVA, EZAMI TA` ATTI FI PROCEDURI OHRA
Summary
L-artikolu 181A tal-Kap 12 jiddisponi b'mod car "meta tigi prezentata skrittura minn jew kontra korpli jkollu personalita` guridika, ikun bizzejjed li wiehed inizzel isem dak il-korp". Dan ifisser illi jekk isem is-socjeta` (u dan ighodd ukoll ghal kull korp) li ndubbjament ghandha personalita` guridika distinta gie mnizzel sewwa mill-attrici - u fuq dan ma hemm l-ebda kontestazzjoni - l-istesssocjeta` tkun giet imharrka sew u xejn izjed ma hu mehtieg. Hu allura irrelevanti l-isem tal-persunali hija ndikata bhala li ghandha r-rapprezentanza guridika ta' dik is-socjeta`. Kemm jekk hi ndikata sewwa, kemm jekk hi ndikata zbaljatament, kemm jekk kellha effettivament ir-rapprezentanza guridika tas-socjeta` wahedha, kemm jekk kellha tali rapprezentanza ma' haddiehor li ma jkunx gie maghha citat. Dawn huma dettalji li l-ligi ma tirrikjedix. Dan ghaliex, kontrarjament ghal dak li kienet il-posizzjoni qabel l-emendi, illum m'hijiex citata l-persuna li ghandha r-rapprezentanza guridika tas-socjeta` konvenuta biex tirrispondi ghat-talbiet attrici, imma hi s-socjeta` nfisha, qua persuna guridika, b'isimha u taht isimha biss li tigi citata".

Ma jidherx li ghandu ghalfejn ikun wisq kontrovers illi kwalunkwe skritturi jew atti gjacenti fir-Registru jew fl-Arkivju tal-Qorti u li ghalihom ikun irrefera xi wiehed mill-kontestanti jistghu b'semplici riferiment iservu biex jistruwixxukawza ohra. Li jfisser allura li m'hemmx il-htiega assoluta tal-esebizzjoni formali taghhom jew tal-allegazzjoni tal-proceduri fl-istanza li tkun qed tigi dibattuta u trattata.

Ikun formalizmuesagerat jew spropozitu zejjed li jigi ritenut li t-tribunal ma ghandux, anke b'semplici riferenza,li del resto ma tirrikjedi l-ebda forma, jezamina atti ta' procedimenti ohra, meta l-fatti jkunu ta'siwi ghal kaz ezaminat. Il-provi li jkunu saru f'kawza civili, u li jkunu ddimostraw l-ezistenza ta' fattijiet determinanti, huma attendibbli u jistghu jigu nvokati f'gudizzju iehor sussegwenti bejnl-istess partijiet fejn titwieled disputa dwar l-istess fattijiet, minghajr ma jkun hemm bzonn li f'dak il-gudizzju sussegwenti jirrepetu ruhhom dawk il-provi; purke pero` dawk il-provi jkunu saru ungabu fil-kontradittorju ta' l-istess partijiet u bl-osservanza tal-forma li trid il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info