Reference: 464/2000/1

Judgement Details


Date
19/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA' L-ILMA vs QUATTROMANI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - DRITTIJIET, RIZERVA TA` - ECCEZZJONIJIET, SA META TISTA` TIGI SOLLEVATA L-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, SA META TISTA` TIGI SOLLEVATA
Summary
L-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tista' tinghata f'kull waqt tal-kawza, imqar fl-appell" (Art 2112 tal-Kodici Civili). Dan ifisser illi "jekk il-konvenut jonqos li jtiha fl-ewwel istanza, b'daqshekk majitlifx u lanqas jigi li rrinunzja ghaliha, izda ghandu l-jedd igibha l-quddiem sa l-ahhar, anki fl-appell, sakemm il-kawza tigi maqtugha".

Dan affermat, ma jfisserx pero` illi l-konvenut ma jistax jirrinunzja ghall-preskrizzjoni. Dan hu hekk provvdut expressis fis-subinciz (2) ghall-Artikolu 2108 tal-Kodici Civili: "Tista' ssir rinunzja ghall-preskrizzjoni ga akkwistata". Dak li l-ligitipprojbixxi hi biss r-rinunzja preventiva ghall-preskrizzjoni (subinciz (1) ta' l-Art 2108).

L-Artikolu 2109 (1) tal-Kap 16 testwalment jipprovdi illi "r-rinunzja ghall-preskrizzjoni tista' tkun espressa jew tacita". Fil-kaz ta' rinunzja espressa din trid tirrizulta minn espressjonijiet cari u univoci; fil-kaz ta' rinunzja tacita din ghandha tigi nterpretata tant restrittivament illi mill-fatti li minnhom dik ir-rinunzja trid tigi dezunta ma tkunx tista tingibed kongettura ohra hlief il-propozitu evidenti tar-rinunzja.

Hija dottrina komunement accettata illi r-rinunzja ghall-preskrizzjoni hija manifestazzjoni unilaterali tal-volonta` inekwivokabbli tal-konvenut debitur li jabdika ghall-effetti tal-preskrizzjoni u li ma jridx japrofitta ruhu mill-preskrizzjoni kompjuta.

Kull rinunzja tista' ssir bir-rizervi kollha opportuni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info