Referenza: 2835/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MIDDLE SEA INSURANCE COMPANY LTD vs SULLIVAN MARITIME LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FRAZI PERILS OF THE SEA - GURISDIZZJONI, GURISDIZZJONI RESIDWALI TAL-QRATI MALTIN - GURISDIZZJONI, INTERPRETAZZJONI TA` KLAWSOLI TA` ESKLUZJONI - GURISDIZZJONI, PERMISSIBILITA` TA` ESKLUZJONI - HAGUE RULES, LIMITAZZJONI TA` RESPONSABILITA` - HAGUE RULES, PERILS OF THE SEA - POLZA TA` KARIKU, FRAZI IN APPARENT GOOD ORDER AND CONDITION
Fil-Qosor
In mankanza ta' prova dwar l-istat u l-kondizzjoni tal-vetturi fil-mument tat-taghbija taghhom fuq il-vapur gewwa l-port ta' karikazzjoni ghandu jkun prezunt illi kif jinghad fit-termini tal-polza tal-kariku dawn tghabbew "in apparent good order and condition";

Polza f'dawn it-termini tistabilixxi prova li hi biss wahda prima facie li l-vetturi tghabbew f' kondizzjoni apparentement tajba.

Jezisti allura l-obbligu tal-prova illi l-vetturi ma gewx skarikati fl-istess kondizzjoni tajba kif jinghad fil-polza. Jekk ma tingieb l-ebda prova biex twaqqa' l-imsemmija prezunzjoni mill-parti li trid twaqqaghha allura l-Qorti ghandha tikkonkludi li fil-fatt il-merkanzija deskritta fil-polza giet karikata f'kundizzjoni tajba u ghandha tigi hekk ukoll skarikata.

Ir-Regola 4 (2) tal-Hague Rules tistabilixxi illi "neither the carrier nor the ship shall be responsible for loss or damage arising or resulting from ... perils, dangers and accidents of the sea or other navigable waters" (subparagrafu c);

Hu evidenti minn din ir-regola tad-dritt marittimu illi biex jirnexxielujezonera ruhu il-vapur jehtieglu jipprova sodisfacentement illi l-hsara giet "proximately caused bythe excepted peril" u li sehhet ukoll f' cirkostanza li fuqhom il-vapur ma kellux kontroll. Mhux bizzejjed li juri illi l-kondizzjonijiet tat-temp riskontrati waqt il-vjagg kienu severi izda ried jiddemostra wkoll li normalment ma kienux anticipati jew evitati. Naturalment ukoll biex il-vapur ikunjista' jiddefendi ruhu b' din l-eccezzjoni tieghu hu jehtieglu fuq kollox jipprova illi ha l-mizurikollha adegwati qabel, u waqt, il-vjagg biex jiskansa l-hsara lil kariku;

Il-kaz fortuwitu,il-forza magguri u l-istat tan-necessita` ma jehilsux mir-responsabilita` tad-danni jekk ikunu preceduti minn htija ta' min ikkaguna d-danni u allura il-kuncett tal-forza magguri "viene meno quando concorre il fatto positivo o negativo dell' uomo.

In virtu tal-Hague Rules (Artikolu 4 subinciz5) il-vapur huwa ntitolat jillimita r-responsabilita` tieghu. B' danakollu biex din l-eccezzjoni tigi ricevuta b' success irid jigi dimostrat illi l-hsara, jew it-telf, tal-kariku li jkun abbord il-vapur tkun avverat "without actual fault or privity" ta' sid il-bastiment (Artikolu 349 (1) tal-Merchant Shipping Act, Kapitolu 234).

Ma jfisserx illi ghax il-klawsola tal-polza tkun hasbet li tirrimetti l-kontroversja ghal tribunal barrani tonqos dejjem b' konsegwenza l-gurisdizzjoni tat-tribunal lokali. Il-Qrati taghna kellhom diversi okkazjonijiet jesprimu ruhhom tant li llum huwa stabilment pacifiku li patt simili kontenut f' bill of lading, ghalkemm validu f' sens guridiku, ma jnehhixghal kollox id-dritt gurisdizzjonali tat-tribunali lokali milli jinvestu kwestjonijiet ta' verifikita' danni f' merkanzija. Ir-ragunijiet avvallati minn ezami ta' xi sentenzi huma, mod jew wisq, dawk li l-Qrati taghna ghandhom gurisdizzjoni biex jiddeciedu dwar il-validita` tal-poloz jew f' kazli tqum kwistjoni ta' atti ta' avarea jew ta' accertament ta' hsarat li ma tistax issir hlief hawn Malta jew almenu ma tistax issir quddiem it-tribunal ta' barra ahjar, u b' anqas spejjez u f' anqas zmien milli quddiem it-tribunali taghna.

Kull klawsola li teskludi l-gurisdizzjoni tal-qrati lokali ghandha tinghata interpretazzjoni ristretta u kull dubju ghandu jmur kontra tali klawsola.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni