Referenza: 1113/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA EDWIN vs BRIFFA JOANNA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI, L-INDOLE TA` AZZJONI MHUX DETERMINATA MILL-KLIEM UZAT IZDA MILL-ISKOP LI GHALIH HUWA INTIZ IL-GUDIZZJU - ECCEZZJONIJIET, L-INDOLE TA` ECCEZZJONI MHUX DETERMINATA MILL-KLIEM UZAT IZDA MILL-PORTATA TA` L-ECCEZZJONI INNIFISHA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KUNCETT TA` EKWITA`
Fil-Qosor
Kif inhu maghruf, l-azzjoni ma tigix desunta mill-kliem, piu` o meno ezatti, tal-att istituttiv tal-gudizzju, imma mill-iskop li ghalih huwa ntiz il-gudizzju. Hekk ukoll l-indoli tal-eccezzjoni ma tiddependiex mill-kliem uzati imma mill-portata taghhom.

It-Tribunal ghal Talbiet Zghar ma kellu l-ebda dritt, anke jekk abbazi ta' l-ekwita`, li jissorvola kompletament l-applikazzjoni tal-ligighall-mertu.

M'ghandux ikun dubitat jew kontrovers illi biex il-valutazzjoni ekwitattiva tigi sew applikata jokkorri li wiehed jadotta l-mudell konswet tal-missier tajjeb tal-familja fil-konsiderazzjoni tac-cirkostanzi u tal-fatti maghrufa, pervenuti fil-process, u janalizzahom skond il-kriterji tad-diligenza komuni. Dan necessarjament ifisser gudizzju li jaghti debita konsiderazzjoni lilkwadru shih tal-vertenza. F'sens konkret ifisser ukoll ezercizzju tal-konsiderazzjoni tal-kuntratt, l-aspett tal-buona fede bhala element integrattiv tal-kuntratt innifsu, l-ezekuzzjoni tax-xoghlijiet pattwiti, l-allegazzjoni li dawn l-istess xoghlijiet ma sarux kif titlob l-arti u s-sengha, u konsiderazzjonijiet ohra rilevanti u konkomitanti bhal, per ezempju l-verifiki teknici ta' l-istess xoghlijiet.

Jekk it-Tribunal fid-decizjoni tieghu jiskarta elementi tad-difiza tal-konvenut minghajr ebda spjegazzjoni, id-decizjoni minnu moghtija tkun tivvjola l-principju ta` ekwita`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni