Reference: 324/2002/1

Judgement Details


Date
07/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD FRANCIS ET vs DEBRINCAT ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DRITTIJIET TAHT IL-KAP. 158 FIL-KAZ TA` SUB-ENFITEWTA TEMPORANEU F`EGHLUQ IC-CENS
Summary
Skond il-ligi taghna huwa pacifiku illi l-enfitewsi ggib dualizmu ta' dominji, jigifieri d-dominju dirett u d-dominju utili. Fil-kors taz-zmien ta' l-enfitewsi l-pussess jibqa' certament ghand l-utilista li, strettament, allura, ghandu l-jedd jopponi ruhu ghal kwalunkwe ingerenza da parte tal-padrundirett f'dak il-pussess;

Huwa pacifiku illi skond il-ligi komuni generali ma' gheluq ic-censil-fond kellu jirriverti lura lis-sid. Dan hu jekk pero` "bla hsara, jekk ikun gie moghti b'kiri,ta' dak li jinghad fl-artikoli 1530 u 1531" (Artikolu 1522 tal-Kodici Civili). Issa gara li f'dan il-kaz is-sid kien volontarjament accetta l-kera wara gheluq ic-cens. Li jfisser, allura, illi s-sidkien issa prekluz milli jikkontesta l-kirja fuq il-bazi li din ma kienetx, skond l-Artikolu 1530,moghtija fuq "kondizzjonijiet gusti". Dan ghaliex, u ghar-raguni semplici, illi l-accettazzjoni tal-kera gab mieghu sitwazzjoni fejn is-sid ma setax aktar jippretendi li ma joqghodx ghal dik il-kirjali saret minn min kellu titolu rizolubbli, bhal ma hekk appuntu kien jitqies ic-censwalist.

Stabbilit li l-fond kien gie koncess b'cens u li kienet tezisti kirja inattakkata favur il-konvenutli saret lilu fid-durata tal-istess cens, kellu jircievi applikazzjoni dak dettat fis-subinciz (3) ta' l-Artikolu 12 tal-Kap 158. Jigifieri d-dritt, iva, fil-konvenut li jikkontinwa fil-kirja imma bl-obbligu li jhallas "b'kera li jkun daqs ic-cens li kien jithallas minnufih qabel ma tkun ghalqet l-enfitewsi", mizjud skond ir-rata ta' l-inflazzjoni (subparagrafu (i) tas-subinciz (2) tal-istess Art. 12). Gjaladarba hi l-istess ligi li tipprospetta kif ghandu jkun l-awment sewwa gie deciz mill-Bord li Jirregola l-Kera fis-sentenza tieghu tal-10 ta' April 2002 (ara kopja a fol 2) bejn l-istess partijiet illi l-materja ghall-iffissar tal-kera fit-termini tal-Kap. 158 kienet tesorbita mill-kompetenza tieghu.

Precizat dan kollu huwa fatt illi fejn sid il-fond ikun accetta skond il-liberafakolta tieghu li jaccetta l-istess rata li kienet tithallas qabel ma ghalaq ic-cens ma jgibx ghaldaqshekk illi hu rrinunzja in perpetwu ghad-dritt li l-ligi specjali tal-Kap 158 kienet tirrizervaluli jitlob l-awment u fiz-zmien li talbu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info