Reference: 438/1993/1

Judgement Details


Date
13/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
SCIBERRAS GEORGE ET vs SPITERI JOSEPHINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
SERVIGI, META JKUN DOVUT KUMPENS GHAL - SERVIGI, META JKUNU REZI LILL-GENITURI
Summary
Minn zmien antik il-gurisprudenza ta' dawn il-Qrati rriteniet illi l-kumpens ghas-servigi jista' jkun dovut mhux biss 'jure actionis', jew meta jkun pattwit, imma wkoll 'officio judicis', jew meta mic-cirkostanzi jkun jidher car illi min jippresta s-servigi kellu l-hsieb li jithallas ghalihom. Il-prestazzjoni tas-servigi mhix prezunta illi tkun saret gratuwitament; u l-intenzjoni tal-gratuwita` ur-rinunzja ghall-kumpens ma ghandhomx jigu akkolti facilment.

Il-prezunzjoni tan-'non-gratuwita`' fil-gurisprudenza anterjuri giet sostitwita bil-prezunzjoni kuntrarja fil-kaz ta' servigi prestati bejn parenti, fejn is-servigi gew ritenuti bhala prestati 'familiaritatis causa'. Imma fil-gurisprudenza aktar recenti, anki ghar-rigward tal-parenti, gie applikat il-principju li kwalunkwe servigi jigu ritenuti prestati bi speranza ta' kumpens, jekk ma jikkonkorrux cirkustanzi tali li jiggustifikaw konkludentement il-gratuwita`, sija pura minhabba relazzjonijiet ta' parentela.

Ghalkemmhuwa veru li hemm dmir ta' l-ulied li jiehdu hsieb il-genituri taghhom, fl-istess waqt fid-dinja tallum hu naturali li wiehed jikkonkludi li anke f'servigi rezi mill-ulied, il-prezunzjoni hija li l-istess ulied ikunu qed jaghmlu dawn is-servigi verament b'sens ta' dover izda fl-istess waqt ikunu qed jippretendu li dan is-sens ta' dover jigi premjat. Meta mbaghad, kif gara f'dan il-kaz, mal-mewt tal-genitur jiskopru li ma hallithomx preferuti, ihossuhom li gew privati minn xi haga u ghalhekk huwa sew li jinghatalhom kumpens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info