Reference: 388/1994/1

Judgement Details


Date
28/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MUSCAT MARIA CONCETTA SIVE CONNIE vs CARBONARO ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` RESIDENZA ORDINARJA
Summary
L-Artikolu 12 tal-Kap 158 msemmi jikkonferixxi d-dritt, fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni, li skadut ic-cens, l-enfitewta, fl-ipotesijiet specifikati, jkollu dritt li jibqa' jokkupa l-fond b'kera minghand il-padrun dirett purke` jikkonkorru z-zewg rekwiziti prefissi, u cjoe, (i) il-fatt tac-cittadinanza ta' Malta u (ii) l-okkupazzjoni tad-dar bhala residenza ordinarja.

Fil-kaz de quo ma kienjezisti l-ebda kuntrast illi l-konvenut appellant f'gheluq ic-cens kien, u ghadu, cittadin ta' Malta. Izda ghal dik li hi okkupazzjoni l-appellant, filwaqt li kien jirrikonoxxi li l-fond kien ad uzuta' villeggjatura, jikkontendi li b'effett mill-1987 hu ghamel minnu r-residenza ordinarja tieghu ghar-ragunijiet ta' sahha.

Matul l-enfitewsi l-enfitewta ghandu bhala regola d-disponibilita` shiha tal-fond u jista' jaghmel uzu minnu ghall-iskopijiet li jrid daqslikieku kien hu s-sid. Seta'allura jiddetermina hu n-natura u d-destinazzjoni tal-fond. Appena tiskadi l-koncessjoni enfitewtika pero` hi dik id-destinazzjoni tal-fond li f'dak il-mument ikun ghalih indirizzat li tiddetermina n-natura tal-lokazzjoni li tigi milhuqa bis-sahha tad-disposizzjonijiet tal-Kap. 158.

Dan, naturalment, salv u mpregudikat f'dan il-kaz il-prova illi jkun gie sodisfatt l-estrem tal-ligi tal-okkupazzjoni bhala residenza ordinarja.

Il-ligi fil-Kap 158 ma tipprovdi l-ebda tifsira tal-kelma "residenza ordinarja" u allura dawn b'necessita` kellhom ikunu interpretati skond ic-cirkustanzi tal-kaz partikolari purke dejjem fl-ambitu tal-ligi. Inghad a propozitu illi "meta l-kelma mhiex definita s-sinjifikat taghha jista' jvarja skond il-kuntest partikolari u l-iskop tal-uzu taghha f'dakil-kuntest"

L-element tar-residenza gie interpretat mill-gurisprudenza taghna fis-sens li mhux bizzejjed li jkun hemm "mere physical presence" imma jenhtieg li l-post kien "permanently his ordinary residence" u "his only residence".

In generali l-kliem residenza ordinarja jiddenota residenza f'post b'certu grad ta' kontinwita`. Id-durata mhux kriterju esklussiv u necessarjament determinanti. Hu pero` kriterju tajjeb dak li jirrigwarda l-mod kif bniedem ugwalment jorganizza hajtu. In definitiva ebda kriterju wiehed ma hu a priori konklussiv u f'kull kaz iridu jitqiesu c-cirkostanzi kollha.

Il-ligi specjali (Kap. 158) ma takkorda l-ebda protezzjoni lid-dar ta' villeggjatura u huwa wkoll irrilevanti jekk dar ghal dan l-iskop ghandhiex titqies bhala estensjoni tar-residenza ordinarja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info