Referenza: 831/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MAGRI PHILIP vs CILIA PRODUCTS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI GHANDHA KOMPETENZA DWAR RIZOLUZZJONI TA` KUNTRATTI - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI GHANDHA KOMPETENZA DWAR VALIDITA` TA` KUNTRATTI - LOKAZZJONI, INKWILIN JISTA` JITLOB ZGUMBRAMENT TA` TERZ MILL-FOND LOKAT
Fil-Qosor
Ai termini ta' l-Artikolu 1530 (1) tal-Kodici Civili kirja moghtija minn min ghandu titolu rizolubbli tibqa' tiswa di fronte ghad-direttarju sakemm ma jipprovax illi l-kirja kienet saret taht kondizzjonijiet li ma kienux gusti.

Il-Qorti tal-Magistrati hija kompetenti li sabiex tivverifika jekk kirja tkunx saret taht kondizzjonijiet gusti ai termini ta' l-Artikolu 1530. Madanakollu jekk l-azzjoni ssir fuq il-kawzali li l-inkwilin ikun qed jokkupa l-fond minghajr titolu validu fil-Ligi l-azzjoni ma tkunx tista' tintlaqa'.

Fl-limiti tal-kompetenza taghhom, kif stabbiliti fil-Kodicita' Organizazzjoni u Procedura Civili, il-qrati nferjuri huma hielsa li jissindikaw kemm il-validita` tal-kuntratti, kif ukoll jekk jokkorrux ragunijiet li jiggustifikaw ir-rizoluzzjoni taghhom. Il-ligi taghmilha cara illi dik il-limitazzjoni (prospettata taht l-Artikolu 47 (3) tal-Kap 12) kienet tirrigwarda biss azzjonijiet dwar proprjeta` u ma kienetx testendi ghall-kawzi ta' zgumbrament. L-art.48 tal-Kap 12 infatti jiddisponi illi l-Qorti tal-Magistrati tiddeciedi wkoll kull talba ghall-zgumbrament jew tkeccija minn beni immobili, sew bini kemm raba, mikrija jew li jkun fihom persuni li joqoghdu jew li ghandhom xi residenza odinarja fil-limiti tal-gurisdizzjoni ta' dik il-Qorti.

Issa m'hemmx dubbju, anke ghaliex dan il-punt hu pacifiku, min jakkwista l-inkwilinat ta' fond ghanduazzjoni diretta biex jizgombra lil min ikun qed jokkupa dak il-fond bla titolu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni