Reference: 1707/1993/3

Judgement Details


Date
22/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, PACE RAYMOND C., SCICLUNA DAVID
Parties
BALDACCHINO HERBERT NOE vs PACE CECIL ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, META WARA S-SENTENZA IKUN INSTAB DOKUMENT DECIZIV - RITRATTAZZJONI, PROVI FOLOZ - RITRATTAZZJONI, QERQ - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
L-Artikolu 811 tal-Kap. 12 jiddisponi li "Kawza deciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell tista', fuq talba ta' wahda mill-partijiet li jkollha interess, tigi ritrattata, wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza, ghal wahda minn dawn ir-ragunijiet li gejjin:

(a) jekk is-sentenza tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra;
. . .
(i) jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin;
. . .
(k) jekk, wara s-sentenza, ikun instabdokument deciziv, u li l-parti li ggibu ma kinitx taf bih, inkella, illi, bil-mezzi li taghti l-ligi, ma setghatx iggibu, qabel dik is-sentenza;
(l) jekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball lijidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza."

Ghall-finijiet tal-paragrafu (l) jitqies li hemm dak l-izball, fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verità tieghu tkun bla ebda dubju eskluza, jew fuq is-suppozizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-veritàtieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx puntikkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza.

Huwa wkoll relevanti l-art. 818 dwar iz-zmien meta setghet issir it-talba ghal ritrattazzjoni:

818. (1) Iz-zmien li fih tista' ssir it-talba ghar-ritrattazzjoni huwa ta' tliet xhur, u jibda jghodd -

(a) fil-kazijiet imsemmijin fil-paragrafi (a) u (k) ta' l-artikolu 811, mill-gurnata li fiha jinkixef il-qerq, jew jinsab id-dokument;
. . .
(d) f'kull kaz iehor, minn dak in-nhar tas-sentenza attakkata.

Sabiex tirnexxi t-talba ghar-ritrattazzjoni taht il-paragrafu (k) huwa mehtieg illi d-dokument ikun "deciziv" u li min ipproducieh mhux biss ma setax jipproducieh qabel is-sentenza izda wkoll ghamel kull ma seta'biex jiksbu bil-mezzi kollha li taghtih il-ligi.

Il-kelma, "dokument" ma tfissirx "xhud", lanqas meta xhud jidhed bil-forma ta' stqarrija mahlufa. Il-ligi stess, fil-Kodici ta' Organizzazzjoniu Procedura Civili, taghmel distinzjoni bejn xhud u dokument, u x-xhieda huma regolati b'mod differenti mid-dokumenti. Li kieku l-ligi ghall-ghanijiet ta' talba ghal ritrattazzjoni taht l-art. 811(k) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili riedet jew xhud jew dokument kienet issemmi t-terminu "prova", li hu generiku, u mhux "dokument", li hu terminu specifiku.

Talba ghal ritrattazzjoni ta' kawza ma hix appell mis-sentenza f'dik il-kawza; ma hix okkazjoni ohra biex il-parti telliefa terga' tressaq l-argumenti taghha wara li dawk l-argumenti ma rebbhulhiex il-kawza.

Is-subinciz (a) ta' l-artikolu 811 ma jaghtix lok ghal ritrattazzjoni "fil-kaz li jkun hemm frodi". Is-smigh mill-gdid jista' jigi akkordat biss "jekk is-sentenza tkun ittiehdet b'qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara tal-parti l-ohra". Il-qerq jew il-frodi allura ma jridux ikunu jirrizultaw jew majridux ikunu relatati mal-meritu li pprovoka l-vertenza u li gie ttrattat quddiem il-qrati u minnhom deciz imma jridu jkunu jirrizultaw jew ikunu relatati mal-proceduri decizi bis-sentenza appellatau bihom inficcjata. Is-subinciz jipprovdi ghal smigh mill-gdid fil-kaz fejn is-sentenza tkun ittiehdet b'qerq u mhux fejn il-pretensjoni ta' l-attur fit-talba tkun ghal kreditu li origina minn agir allegatament delittwuz jew qarrieqi tal-konvenut.

Il-qerq allura jrid ikun qerq gudizzjarju, jigifieri inerenti mal-proceduri. Il-qerq, fi kliem iehor, irid ikun fil-proceduri li wasslu ghas-sentenza li jkun qed jintalab it-thassir taghha, u mhux jifforma l-meritu tal-kawza mismugha u deciza.

Allegazzjoni ta' xhieda u dokumenti foloz hija forma ta' qerq waqt il-proceduri. Izda din matridx tkun biss allegazzjoni huwa biss allegazzjoni; ma hux bizzejjed biex xhieda jew dokument jitqiesu foloz illi parti tghid hekk, jew li tressaq xhieda ohra li ma taqbilx maghhom. Li jkun irid isir hu li, qabel ma tinfetah il-kawza ta' ritrattazzjoni, tinkiseb dikjarazzjoni gudizzjarja illi x-xhieda attur hija falza, biex hekk ikunu jistghu jitolbu ritrattazzjoni taht il-paragrafu (j) ta' l-art. 811 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info