Reference: 2175/1997/1

Judgement Details


Date
16/04/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MIFSUD MARYROSE vs BARTOLO AV. DR. JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TESTMENT, DEFINIZZJONI TA` - TESTMENT, INTERPRETAZZJONI TA`
Summary
Testment huwa espressjoni tal-volonta` tat-testatur li, permezz tieghu, jiddisponi minn gidu ghall-wara mewtu. Dan l-att jidhol fis-sehh wara l-mewt tat-testatur billi fin-natura tieghu jista` jigi mhassar u konsegwentement ikollu effett biss dak it-testment jew dawk it-testmenti li, fid-data tal-mewt tat-testatur, ikun jew ikunu ghadhom vigenti. Bhala regola generali l-ligi in materja tiddisponili "Kull disposizzjoni ta' testment, sew jekk tkun saret taht l-isem ta' istituzzjoni ta' werriet, sew taht l-isem ta' legat, kemm ukoll taht kull isem iehor, ghandha effett, basta" jkompli l-Artikolu683 tal-Kap 16 "li tkun imfissra b'mod li l-volonta` tat-testatur tista' tigi maghrufa, u ma tkunxkuntrarja ghad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodici."

Il-volonta` tat-testatur hija dik li tirrizulta mill-att innifsu u b'rispett lejn dan il-principju kemm l-awturi kif ukoll l-gurisprudenzadejjem irritenew li mhux legittimu li tinghata interpretazzjoni ta' dak li xtaq it-testatur billi tali interpretazzjoni tista' tghawweg dak li fil-verita` ried it-testatur u b'hekk tmur kontra dik il-volonta` proprja hekk kif tirrizulta mill-qari tad-disposizzjoni testamentarja. Jekk id-disposizzjoni testamentarja hija cara, ghandha tinghata effett.

Disposizzjoni testamentarja ghandha jkollha effett "basta li tkun imfissra b'mod li l-volonta` tat-testatur tista' tigi maghrufa...." Dan jfisser li meta l-Qorti tigi adita` biex taghti effett lil xi disposizzjoni testamentarja, il-gudikantirid ta' bilfors jillimita l-ezami tieghu ghall-kitba li jkun hemm fit-testment u ma ghandux jiehuin konsiderazzjoni fatturi estranei, anke jekk dawn jkunu jikkonsistu fix-xhieda tan-Nutar li ppublika l-att, billi dawn qatt ma jistghu jmorru kontra dak li jidher mill-att innifsu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info