Reference: 2341/2000/1

Judgement Details


Date
02/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FENECH GIOVANNI ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - DRITT TA` L-ISTAT LI JESPROPRJA PROPRJETA` PRIVATA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - KONSULTAZZJONI QABEL IT-TEHID TAL-PROPRJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - KONTESTAZZJONIJIET LI JISTA` JQAJJEM IC-CITTADIN
Summary
Esproprjazzjoni ta' art fl-interess ta' zvilupp urbanistiku u ftuh ta' toroq godda li ma jistax jitqies fic-cirkostanzi, kontra interess pubbliku.

It-tehid ta' prorjeta' biex terz ikun jista' jisfrutta kummercjalment il-proprjeta' tieghu, ma jeskludix interess pubbliku jekk dan jirrizulta.

Il-proprjetarju m'ghandux dritt izomm milli tittiehidlu l-proprjeta', sakemm dan it-tehid isirghal skop pubbliku u versu kumpens gust. Id-drittijiet li l-ligi domestika taghti lill-proprjetarjuhuma dawk li jikkontesta l-iskop tat-tehid tal-proprjeta' tieghu u jesigi kumpens gust. M'ghandu ebda dritt li jikkontesta t-tehid ta' proprjeta' ut sic. Il-poter amministrattiv tal-Gvern li jiehu taht idejh proprjeta' privata hija indiskussa u insindikabbli; dak li jista' jigi kuntestat huwa l-modkif jagixxi u r-raguni ghala ittiehdet art partikolari u l-kumpens offrut. Dan hu rifless ukoll fl-artikolu 37 (1) tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jiddisponi li hadd m'ghandu jigi mcahhad mill-proprjeta' tieghu jekk mhux versu kumpens xieraq determinabbli minn qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi, u fl-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni Ewropeja.

Dak li ghandu dritt jikkontesta l-proprjetarju huwa l-iskop pubbliku tat-tehid tal-pussess, izda mhux id-dritt insitu fil-Gvern li jespropria proprjeta' fl-interess pubbliku.

Decizjoni li tittiehed art privata tolqot zgur l-interessi tal-proprjetarju ta' dik l-art, u kwindi hu principju ta'gustizzja naturali li l-awtoritajiet jaghtu smigh lill-proprjetarju qabel ma jipprocedu bit-tehid, specjalment meta t-tehid ikun sejjer isir, ghalkemm fl-interess pubbliku, fuq talba ta' terzi.

Fil-kaz meritu ta' din il-kawza, ma setax kien hemm objections qabel it-tehid tal-pussess ghas-semplici raguni li l-proprjetarji ta' l-art ma gewx infurmati li l-art taghhom kienet se tittiehed ghal"skop pubbliku", u huma saru jafu b'dan meta giet ippubblikata id-Dikjarazzjoni tal-President fil-Gazzetta tal-Gvern. Dan hu nuqqas fih innifsu. Il-Gvern, anke meta jagixxi bil-poteri tieghu bhala organu amministrattiv fl-interess tal-pubbliku, irid isegwi l-principji ta' gustizzja naturali, u f'danil-kuntest irid jinforma lill-proprjetarji ta' l-art bil-progett kontemplat, jaghti lill-proprjetarji l-opportunita' li jsemghu lehinhom u jaghtu l-veduti taghhom, u wara jikkunsidra c-cirkostanzi kollha tal-kaz, inkluz l-interess pubbliku, u jiddeciedi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info