Reference: 136/2003

Judgement Details


Date
02/04/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HOLQIEN TA` REAT, ELEMENTI TA`
Summary
Bhal fil-kaz tar-reat ta' kalunja, biex ikun hemm id-denunzja lill-awotorita` kompetenti, ma hemmxghalfejn li jigu osservati l-formalitajiet preskritti fl-Artikoli 537 et. seq. tal-Kodici Kriminali:huwa bizzejjed li l-kalunja jew ir-reat simulat jingieb, anke jekk biss bil-fomm, a konjizzjoni tal-awtorita` kompetenti. Issa huwa veru li, ghall-finijiet tar-reat ta' kalunja (Art. 101), hemm gurisprudenza fis-sens li d-denunzja trid tkun spontanea u mhux biss volontarja. L-ewwel darba li dan il-punt gie affermat mill-Qrati taghna jidher li kien fis-sentenza tal-Qorti Kriminali (li allura kienet tisma' appelli mill-Qrati tal-Magistrati) tal-24 ta' Ottubru, 1951 fil-kawza fl-ismijiet Il-Pulizija v. Nicola Brincat et (deciza mill-kompjant Imhallef Anthony Montanaro Gauci). F'dik is-sentenza dik il-Qorti dahlet f'certu dettal dwar dan il-punt kontrovers (fejn anke id-dottrina Taljana jidherli ma kienitx konkordi), izda jidher li kienet influwenzata principalment bil-kummenti tal-Falzon fil-ktieb tieghu Annotazioni alle Leggi Criminali per l'Isola di Malta e sue Dipendenza . Ir-reat kontemplat fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 110, pero`, gie introdott fil-ligi taghna bl-Ordinanza IX ta' l-1911 hu - kif josserva l-Professur Sir Anthony Mamo fl-appunti tieghu - din id-disposizzjoni giet mudellata kwazi kelma b'kelma fuq l-Artikolu 211 tal-Codice Zanardelli . Hija ghalhekk il-gurisprudenza jew id-dottrina, anke jekk Taljana, dwar din id-disposizzjoni li wiehed, se mai, ghandu jsegwi hu mhux dik dwar il-kalunja.

Filwaqt li ghar-reat ta' kalunja wiehed jifhem li l-ispontaneita` tad-denunzja tista' tkun importanti proprju biex taccentwa l-intenzjoni specifika, li l-agent irid ikollu, sabiex jinkolpa persuna partikolari li huwa jkun jaf li hi innocenti, fil-kaz tar-reat ta' simulazzjoni ta' reat l-uzu tal-kelma "jiddenunzja" fis-sens generiku li "igib a konjizzjoni tal-Pulizija Ezekuttiva". L-inkriminazzjoni skond l-Artikolu 110(2) hija intiza proprju biex tipprevjenili l-awitorita` kompetenti toqghod tahli z-zmien tindaga dwar reat li ma jkunx effittivament sehh, apparti l-allarm li l-ahbar jista' jnissel fil-pubbliku u l-fatt li, fil-kors ta' l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, jista' jaqa' suspett - intortament - fuq persuni li jkunu totalment innocenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info