Referenza: 547/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/03/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
ARVA INSURANCE AGENCY LIMITED vs MERCIECA RUSSELL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, RESPONSABILITA` GHAL DANNI KAGUNATI MINN MINURI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN JIEHU HSIEB MINURI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, PROCEDURA LI TRID TIGI SEGWITA MINN UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA WAQT LI JKUN HIEREG GHAL FUQ TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, VELOCITA` - META SEWWIEQ IPOGGI LILU NNFISU F`POSIZZJONI LI MA JKUNX JISTA` JEVITA INCIDENT
Fil-Qosor
Sewwieq ta' triq principali naturalment, kellu l-precedenza, u, normalment, il-velocità tieghu ma tkunx fattur fl-incident. Izda jekk il-karrozza misjuqa minnu ma kinitx tidher minn fejn karozza fi triq laterali kienet sejra tohrog, u tfaccja u wasal qrib l-inkrocju f'hin qasir ghax kien qed igerriwisq, il-velocità ssir fattur.

Min kien hiereg mit-triq laterali seta' jikkalkola biss fuqil-parti tat-triq li kienet vizibbli minn fejn kien. Jekk dik il-parti kienet hielsa, u seta' johrog qabel ma jasal xi hadd fuqu ghax it-tul tal-parti vizibbli tat-triq taghtih hin bizzejjed biex itemm il-manuvra tieghu qabel ma karrozzi li jitfaccjaw fil-hin li jkun beda l-manuvra jilhqu jipperkorru dik id-distanza, sakemm ma jigux sparati, is-sewwieq tat-triq laterali kellu dritt tistenna li sewwieq gej mit-triq mimduda - li, meta beda l-manuvra, ma kienx jidher u ma kellux mod kif ikun tafbih - sejjer ihares il-limiti tal-velocità. Jekk nghidu mod iehor inkunu qeghdin nghidu li manuvrabhal dik li ghamel is-sewwieq tat-triq laterali ma tista' qatt issir.

Naturalment, il-konkluzjoni tkun ohra jekk is-sewwieq tat-triq laterali seta' jara lil min kien gej mit-triq principali qabel ma beda l-manuvra tieghu u, jew ma rahx, ghax ma kienx attent bizzejjed, jew rah izda ikkalkola, hazin, li xorta seta' jghaddi qabel ma dan jasal hdejh.

L-art. 1034 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

"Kull min jiehu hsieb ta' wiehed minuri jew ta' mignun, hu obbligat ghall-hsara lijaghmel il-minuri jew il-mignun meta huwa ma jkunx ha l-hsieb ta' missier tajjeb tal-familja biex il-fatt ma jigrix."

Mhux bizzejjed ghall-genituri illi jafdaw lil binhom u jassumu li mhux sejjer icedi ghat-tentazzjoni li jhallulu quddiemu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni