Reference: 375/2002/1

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEGABRIELE MARLENE vs CASSAR MARIELLA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - HANUT LI JINTUZA BHALA MAHZEN - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, META HANUT JINFETAH SPORADIKAMENT
Summary
Fejn talba tkun ghar-rizoluzzjoni ta' lokazzjoni jew rilokazzjoni, u konsegwenti zgumbrament tal-inkwilin waqt il-kors taghhom tali azzjoni, kif dejjem gie ritenut, hi ta' kompetenza tat-tribunali ordinarji.

Precizati dawn il-konsiderazzjonijiet ta' fatt, hemm provdut fl-Artikolu 1554 tal-Kodici Civili illi l-kerrej kellu jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja u ghall-uzumiftiehem fil-kuntratt (sottolinejar tal-Qorti). Jissokta imbaghad jigi preskritt fl-Artikolu 1555(1) illi jekk il-kerrej jaghmel mill-haga mikrija uzu xort'ohra minn dak li ghalih hi qieghda, u cioe` ghal destinazzjoni differenti minn dik akkordata sid il-kera seta' jitlob il-hall tal-kuntratt.

Min ikollu hanut adibit ghall-bejgh tal-merkanzija, u mbaghad izommu maghluq ghal zmien bosta,u jkompli juzah bhala ghall-hazna biss u mhux proprju ghal bejgh, jigi li biddel id-destinazzjoni tieghu.

Hu ormai pacifiku illi fejn kirja tkun saret ghal skop ben definit u li jkun infatti jikkostitwixxi element vitali tal-ftehim bejn il-lokatur u l-inkwilin, dan tal-ahhar ma setax unilateralment ibiddel id-destinazzjoni li ghalih il-fond ikun inkera. Kien biss allura fejn ma kienx hemmtali ftehim - li ma hux il-kaz taht ezami - li l-inkwilin seta' jbiddel id-destinazzjoni tal-fond unilateralment marte proprio.

Issa hu minnu li patt miftiehem fi skrittura jista' jigi varjatjew rinunzjat bl-accettazzjoni u approvazzjoni ta' sid il-kera. Tali accettazzjoni dwar bdil ta' uzu tal-fond ghandha pero` dejjem tkun "manifesta u mhux dubbjuza".

Fuq kollox, "l-oneru tal-prova li tali uzu sar bil-konsapevolezza, akkwiexenza jew kunsens tacitu jew espress ta' sid il-kera,kien jaqa' fuq l-inkwilin".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info