Referenza: 743/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ABELA PAUL vs SHEEHAN JANE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR ID-DJAR, EFFETTI TA` ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - LOKAZZJONI, DRITTIJIET TAHT IL-KAP. 158 FIL-KAZ TA` SUB-ENFITEWTA TEMPORANEU F`EGHLUQ IC-CENS - REKWIZIZZJONI TA` FOND, NATURA TA` - REKWIZIZZJONI TA` FOND, RAPPORT LI JINHOLOQ BEJN IS-SEGRETARJU TAD-DJAR U L-PERSUNA LI TIGI AKKOMODATA
Fil-Qosor
It-talba tas-sid biex jizgombra mill-fond lill-konvenuta, meta l-fond huwa rekwizizzjonat, ma tistaxtigi milqugha mill-Qorti. Dan ghaliex, kif pacifikament stabbilit, "ir-rekwizizzjoni ta' fond ghandha bhala effett li tispossessa lis-sid rekwizizzjonat b'mod li minn mindu ssir u sakemm tibqa' ssehh ir-rekwizizzjoni, il-pussess tal-fond u d-disponibilita` tieghu ma humiex aktar f'idejh, izda f'idejn l-amministrazzjoni li rrekwizizzjonat il-fond; u allura s-sid "pro tempore", ma ghandux l-ezercizzju jew l-amministrazzjoni libera tal-jeddijiet dwar l-okkupazzjoni tal-fond u in sostanza mhux persuna li toqghod in gudizzju dwarhom".

F'kull kaz tajjeb ukoll li jigi notat illi "ir-rapportli jinholoq bejn is-Segretarju tad-Djar u l-persuna li tigi akkomodata ma huwiex rapport ta' lokazzjoni vera u proprju izda rapport 'sui generis' regolat mill-Housing Act u minn disposizzjonijiet amministrattivi talvolta applikabbli".

Jekk ma jkunx hemm ordni ta` rekwizizzjoni evidentement ma jkun jista` jigi vantat ebda titolu.

Sub-enfitewta li jkun persuna differenti minn dak li kien jokkupa l-fond b'enfitewsi temporanea fil-21 ta' Gunju 1979 ma jistax igawdi mill-protezzjoni moghtija mill-Artikolu 12(8) tal-Kap. 158 f'eghluq l-enfitewsi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni