Referenza: 314/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CASSAR JEAN CLAUDE, AGIUS GORDON, MIFSUD SANDRO, CINI JOSEPH, BORG RAYMOND, SPITERI DAVID, AQUILINA LONGINO, BEN DUOI BASHIR HOHTAR, SPITERI MELCHIOR, DALTON ADRIAN, BORG JASON LEE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST PREVENTIV - HARBA MINN POST TA` KUSTODJA - HARBA MINN POST TA` KUSTODJA, AGGRAVATA BL-UZU TA` VJOLENZA - VJOLENZA FUQ IL-PERSUNA
Fil-Qosor
Taht vjolenza fuq il-persuna hija kompriza kull forma ta' "via di fatto", kull forma ta'theddida, intenzjonati biex jinfluwixxu, anke moralment, fuq min ikun qed jikkustodixxi lil min jaghmel dawk l-atti, bhal ma huma il-gwardjani tal-habs

Fil-kaz tal-harba aggravata bl-uzu tal-vjolenza fuq il-persuna jew fuq il-post ta'kustodja jew ta'piena, dan ir-reat huwa kompletat fl-elementi kollha tieghu appena tigi uzata din il-vjolenza sabiex il-persuna mizmuma tohrog mill-post fejn qed tinzamm,u dan anke jekk dik l-azzjoni ma twassalx effettivament biex dik l-istess persuna tohrog ghall-kollox mill-ambjent totali jew shih, bhal ma hu l-habs qabel ma tigi mrazzna mill-gwardjani. L-element tal-liberta' tal-persuna ma japplikax fil-kaz tal-harba aggravata minn post ta'kustodja jew ta'piena,izda japplika biss fil-kaz tal-harba semplici mill-habs.

Sabiex ikun hemm dan it-tnaqqis taz-zmien ta' l-arrest preventiv, il-Qorti ghandha tordna hekk specifikament fis-sentenza taghha. Jekkma ssemmiehx, dan ma jfissirx li l-Qorti tkun naqset li ssemmieh b'kapricc jew ghaliex insiet. Ifisser biss li l-Qorti hasset, tenut kont tac-cirkostanzi partikolari tal-kaz, li m'ghandhiex tordna liz-zmien ta' l-arrest preventiv jigi mnaqqas mill-piena karcerarja nflitta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni