Referenza: 303/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CAMILLERI VINCENT ET vs AQUILINA GAETANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, PUNTI MHUX SOLLEVATI FIN-NOTA TA` L-ECCEZZJONIJIET - SERVITU`, DRITT TA` PASSAGG F`KAZ TA` FOND LI JSIR MAGHLUQ MINN KULL NAHA WARA BEJGH, PERMUTA JEW DIVIZJONI
Fil-Qosor
Eccezzjoni li tigi sollevata mill-konvenut tkun inkorportata f'nota tal-eccezzjonijiet akkompanjatab'dikjarazzjoni guramentata mill-parti jew wahda mill-partijiet li tkun qed tressaqha (vide Art. 158). Mhux hekk biss talli l-ligi trid li kopja identika ta' din in-nota tal-eccezzjonijiet "tigi notifikata permezz tar-registru lill-attur jew lill-avukat tieghu." Dan ghaliex in-nota tal-eccezzjonijiet tinkwadra l-linja difenzjonali tal-konvenut ghat-talbiet li jkunu saru fic-citazzjoni u mhux korrett u lanqas ma ghandu jigi permess li, fi stadju inoltrat tal-kawza meta l-istadju tal-provi jkun maghluq u meta din tithalla ghas-sottomissjonijiet orali jew biex jigu prezentati noti tal-osservazzjonijiet, l-kontro-parti tigi rinfaccata b'linja difenzjonali gdida minghajr ma jigu osservati r-regoli procedurali.

L-Artikolu 447 jipprovdi li "Is-sid li l-fond tieghu m'ghandux hrug fuq it-triq pubblika, jista' jgieghel lis-sidien tal-fondi ta' ma' genbu li jaghtuh il-moghdija mehtiega, bi hlas ta' kumpens proporzjonat ghall-hsara li ggib dik il-moghdija." Dan id-dritt, skond l-Arftikolu 448, huwa wkoll moghti lill-sid fond "Jekk il-fond ikun sar maghluq minn kull naha minhabba bejgh, tpartit, jew qasma" fliema kaz il-moghdija "bir-rigel, bil-bhima jew bil-karrettun" ghandha tinghata "minghajr l-ebda indennizz."

Is-sentenza appellata iddisponiet li l-moghdija li ghandha tinghata lill-atturi ghandha tkun bl-ingenji u bil-vetturi. Dana, skond l-appellanti, jmur kontra l-kelma tal-ligi billi l-Artikolu 448 jitkellem biss dwar moghtdija bir-rigel, bil-bhima jew bil-karrettun. L-artikolu in kwistjoni ilu hemm minn meta giet promulgata l-Ordinanza VII ta' l-1868 ucioe` meta vetturi u ingenji tar-raba' ma kienux ghadhom jezistu. Huwa d-dmir tal-Qorti li tapplikal-ligi skond l-ezigenzi tal-hajja li tkun tezisti fiz-zmienijiet meta l-ligi tigi applikata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni