Reference: 1153/1974/1

Judgement Details


Date
01/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CARUANA FRANCESCO vs CARUANA NAZZARENO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KIF TIGI KALKOLATA - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KOMPUTAZZJONI TA` - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - NATURA TA` - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - ZMIEN RELEVANTI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA` - SUCCESSJONI, LEGITTIMARJU MHUX WERRIET
Summary
Il-ligi tqis il-legittima bhala parti mill-gid tal-mejjet u mhux bhala sehem mill-wirt tieghu (hereditatis portio) u ghalhekk il-legittimarju m'huwiex semplici kreditur tal-wirt u lanqas ma huwa mistenni li jaghmel tajjeb ghad-djun tieghu (ghalkemm l-ammont ta' djun tal-wirt ihallu effett fuq is-sehem tal-legittima li l-legittimarju jkollu jedd jircievi). Il-legittimarju, ghalhekk, ma jitlifx il-jedd ghal-legittima jekk kemm-il darba jirrinunzja ghall-wirt, u ma jistax jippretendi dak li jmissub'legittima qabel ma jkun irrinunzja ghall-wirt. Il-legittimarju jrid jitlob il-legittima minghandmin ikun inhatar (jew accetta li jkun) werriet;

Isegwi li l-legittima trid tinghata in natura, jigifieri tkun maghmula minn kull haga mill-gid tal-mejjet li jew tkun ghadha taghmel parti mill-assi tieghu mal-mewt, jew tkun iddahhlet idejalment lura fil-wirt jekk il-mejjet ikun matul hajtu iddispona b'liberalita' minn izjed minn dak li taghtih il-ligi. Il-legittima tinhadem fuq il-wirt kollu (maghdud dak li t-testatur ikun ta b'xejn matul hajtu wkoll bi hsieb ta' z-zwieg), wara li jitnaqqsu d-djun u l-ispejjez tal-funeral u dak il-gid kollazzjonabbli li l-legittimarju ikun ha minghandit-testatur, u tinghata fi proprjeta' shiha mehlusa minn kull piz jew kondizzjoni;

Il-gurisprudenza gharfet zewg sitwazzjonijiet partikolari f'kaz fejn tintalab il-legittima: l-ewwel kaz hu dak li jikkontempla l-aljenazzjoni mill-werrieta ta' bicca mill-gid tal-wirt wara l-ftuh tieghu (u waqt li kien ghaddej is-smigh tal-kawza), filwaqt li t-tieni kaz hu dak li jikkontempla s-sitwazzjoni fejn il-gid li minnu kellha tittiehed il-legittima baqa' kollu f'idejn il-werrieta. Fl-ewwel ipotezi, il-kriterju kellu jkun li l-valur tal-gid hekk trasferit kellu jitqies bhala dak taz-zmien meta sejra tigi likwidata l-kwota legittimarja bis-sentenza. Fil-kaz tat-tieni ipotezi, il-valur tal-gid kellu jkun dak fiz-zmien li nfetah il-wirt, u b'mod izjed preciz: "li, ghall-finijiet tal-operazzjonipreliminari ta' komputa li hija r-riunjoni fittizja tal-assi ereditarju in kwantu diretta ghar-rikostruzzjoni tal-patrimonju kollu tad-decuius (li l-ligi tikkunsidra bhala terminu ta' riferiment ghad-determinazzjoni tal-kwota disponibbli u, b'rifless ta' dik indisponibbli, anke biex talvolta tigi affermata jew eskluza l-ezistenza tal-lezjoni tal-legittima) bilfors wiehed irid jirriporta ruhu ghall-valuri fiz-zmien tal-apertura tas-successjoni, tenut kont, naturalment, f'dan ir-rigward, tad-dispozizzjonijiet rilevanti tal-ligi relattivi ghall-kollazzjoni";

Jidher li ghal din ir-regola hemm eccezzjoni fil-kaz fejn il-gid li jkun imiss lil-legittimarju jitgharraq ghal raguni jew kawza fortuwita jew minhabba force majeure li ghaliha l-werriet ma jkunx jahti jew fejn il-werriet ma jkunxjahti ghad-dewmien biex il-legittimarju jitqieghed fil-pussess tal-gid li jmissu bhala legittima.F'dawn il-kazi, hemm il-fehma li l-legittima ghandha titqies fuq kemm ikun sar jiswa dak il-gid fil-kundizzjoni li jkun gie ridott, salv kull jedd li l-legittimarju jiehu sehem minn xi kumpens li jista' jithallas dwar il-hsara mgarrba minn dak il-gid;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info