Reference: 1761/1998/1

Judgement Details


Date
01/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
AZZOPARDI RICHARD ET vs CASSAR ISABEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DE IN REM VERSO, DEKORRENZA TA` IMGHAX - ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, KIF JIGI STABILIT L-ARRIKKIMENT
Summary
L-azzjoni sussidjarja maghrufa bhala l-actio de in rem verso hija azzjoni moghtija lil persuna f'dawk il-kazijiet fejn ma tistax titressaq azzjoni ex contractu. Din l-azzjoni hija msejha sussidjarjaghaliex ma tistax tinbeda jekk mhux wara li l-attur ikun fittex ghalxejn mod iehor lil min staghna bi hsara tieghu jew jekk ma jintweriex li ma kien hemm l-ebda azzjoni li setghet issir. Tista' titressaq ukoll fejn jintwera li jkun ghalxejn li l-attur l-ewwel jipprova jmexxi kontra d-debitur tieghuf'kaz, per ezempju, li dan ikun falla jew telaq ghal kollox mill-gurisdizzjoni;

L-azzjoni hija wkoll, u minhabba dak li ghadu kemm inghad, wahda ekwitativa. Kemm hu hekk, il-principju li jmexxi din l-ghamla ta' azzjoni huwa dak li m'huwiex xieraq li persuna tistghana bi hsara ta' haddiehor(nemo licet locupletari cum aliena iactura). Ghalhekk, il-limiti tal-azzjoni huma l-qies tal-vantagg li t-terza persuna tkun kisbet minhabba l-ispejjez minfuqa mit-terz, u ghandha l-mira li terga' trodd l-ekwilibriju bejn il-patrimonju ta' min ikun staghna u dak tal-parti li tkun ghamlet jew nefqetspejjez biex dan ikun sehh. Billi din l-azzjoni ghandha l-gherq taghha fl-istitut tal-kwazi-kuntratt, irid jintwera li l-fatt huwa wiehed lecitu u volontarju u li minnu titnissel obbligazzjoni, u lil-fatt ma jkunx sehh kontra l-projbizzjoni espressa tal-parti interessata;

L-elementi li jsejsu l-azzjoni huma (a) li persuna kisbet jew qeghda tikseb vantagg jew utilita' minhabba li xi gid ta' haddiehor ghadda ghandha jew minhabba li xoghlijiet jew servizzi twettqu fi hwejjigha bla ma saril-hlas ghalihom jew b'mod li gew iffrankati spejjez lill-parti li b'hekk tkun staghniet; (b) it-tnaqqis mill-gid tal-parti l-ohra b'titolu lukrattiv; (c) ir-rabta bejn it-tnaqqis tal-gid tal-parti l-wahda u z-zieda jew beneficcju tal-parti l-ohra; (d) in-nuqqas ta' raguni li tiggustifika l-arrikkiment ta' parti u l-"ftaqir" tal-parti l-ohra u (e) li min laqa' ghandu l-haga jew is-servizz staghnab'dik il-haga jew b'dak is-servizz. Il-Qorti hija tal-fehma li dawn l-elementi japplikaw kollha ghal dan il-kaz sa grad bizzejjed biex jista' jinghad li l-bazi tal-azzjoni attrici tinsab fondata tassew, certament fil-konfront tal-imharrka Isabel Cassar;

Il-Qrati taghna laqghu l-applikazzjoni tal-kriterju li l-kumpens ghandu jkun il-konkorrenza tal-vantagg miksub mix-xoghlijiet maghmulinu mhux biss ghall-ispiza minfuqa biex twettqu dawk ix-xoghlijiet. Dan l-ahhar il-Qrati taghna jidher li wessghu il-medda tal-applikazzjoni tal-kumpens biex "ikun maghmul jiddependi wkoll minn fattisopravvenuti li kapaci jawmentaw, jew inaqqsu, l-arrikkiment. Rilevanti bhala elementi ta' konsiderazzjoni ghall-valutazzjoni aktar konsona u gusta jitqiesu l-bwona jew mala fede tal-persuna vantaggjata u arrikkita".

Il-kreditu ghall-hlas ta' kumpens dovut in konnessjoni ma' arrikkiment indebitu jipproduci imghax biss mill-proposizzjoni tal-pretensjoni b'att gudizzjarju u dan dejjem bla pregudizzju ghall-principju "in illiquidis non fit mora".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info