Reference: 1319/1998/1

Judgement Details


Date
01/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CHAMPALIN COMPANY LIMITED vs DEBONO EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSJONI, DRITT GHAR-RIZARCIMENT TAD-DANNI - ACCESSJONI, KUMPENS GHANDU JIGI BAZAT FUQ IL-VALUR TAL-PROPRJETA` OKKUPATA FIZ-ZMIEN LI TKUN SEHHET L-ACCESSJONI - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, ELEMENTI TA` - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, PROPRJETAJIET LI MA JMISSUX MA` XULXIN - DRITT TA` PROPRJETA`, MHUX PREGUDIKAT MINN PERMESSI AMMINISTRATTIVI
Summary
L-azzjoni ghall-iffissar tal-konfini hija msejsa fuq il-jedd li kull sid ta' proprjeta' ghandu fil-ligi li jgieghel lil gar tieghu jaghmel sinjali li jidhru u li jibqghu biex hwejjighom jingharfu minnta' xulxin. Din l-azzjoni tista' titressaq biss fejn zewg proprjetajiet ta' sidien differenti jkunu jmissu ma' xulxin u fejn hemm dubju dwar fejn tibda l-wahda u tintemm l-ohra. L-ghan tal-actio finium regundorum huwa dak tad-"determinazzjoni oggettiva tal-fond u l-accertament ta' l-estensjoni tad-dritt ... u ghalhekk ittendi li telimina l-incertezzi tad-demarkazzjoni bejn zewg fondi u taghmelis-sitwazzjoni ta' fatt kompatibbli ghal dak tad-dritt". Tali incertezzi gew imfissra li jistghu jkunu kemm oggettivi (fejn ma jkunux jezistu sinjali apparenti li jidhru) jew kif ukoll suggettivi (fejn min jiftah il-kawza jkun irid iwarrab il-bizgha ta' kwestjonijiet mas-sid gar tieghu jew iwarrabil-possibilita' li tittehidlu bicca minn hwejgu);

Il-ligi mkien ma tghid li biex tista' titressaq l-azzjoni ghad-delimitazzjoni tal-konfini, il-gid tal-partijiet irid ikun imiss lateralment biss. Dak li jinteressa l-ligi huwa li l-gid tal-parti u tal-ohra jmissu ma' xulxin b'kull mod li jkun.

Il-fatt li nghata permess ghall-bini u li l-linja tat-triq hija dik stabilita mill-awtorita' kompetenti jaghmel stat bejn l-imharrkin u l-istess awtorita', imma ma joholqux (u lanqas jibdlu) jeddijiet ta' terzi (f'dan il-kaz, il-kumpannija attrici). Li jista' jinghad huwa li, minhabba fil-fatt li l-linja tat-triq nghatat minn awtorita' li l-imharrkin kellhom kull raguni joqoghdu fuqha,ma tistax tigi mitfugha fuq l-imharrkin ix-xilja li l-invazjoni tal-gid tal-kumpannija attrici kienet wahda maghmula b'hazen jew imtebba' b'mala fede;

Ghall-finijiet ta' kumpens dovut ghal accessjoni in konsegwenza ghall-invazjoni ta' proprjeta' immobiljar, jidher li l-Qrati taghna laqghu l-applikazzjoni tal-kriterju li l-kumpens ghandu jkun il-konkorrenza tal-vantagg miksub mix-xoghlijietmaghmulin u mhux biss ghall-ispiza minfuqa biex twettqu dawk ix-xoghlijiet. Dan l-ahhar il-Qrati taghna jidher li wessghu il-medda tal-applikazzjoni tal-kumpens biex "ikun maghmul jiddependi wkollminn fatti sopravvenuti li kapaci jawmentaw, jew inaqqsu, l-arrikkiment. Rilevanti bhala elementi ta' konsiderazzjoni ghall-valutazzjoni aktar konsona u gusta jitqiesu l-bwona jew mala fede tal-persuna vantaggjata u arrikkita";

Hawnhekk il-Qorti ma sabitx li l-imharrkin agixxew b'mala fidi.Il-Qorti sabet ukoll li l-vantagg li tnissel bix-xoghlijiet maghmula mill-imharrkin kien ghadu jezisti u l-imharrkin kienu qeghdin igawdu beneficcju attwali u dirett minnu;

Il-Perit Tekniku fisser li r-rata ta' kumpens dovut hadimha fuq kemm kienet tinbiegh l-art fiz-zmien li l-imharrkin xtraw il-proprjeta' taghhom. B'dan il-mod, u billi l-izvilupp beda zmien qasir wara l-imsemmi akkwist,il-Perit Tekniku seta' jorbot maz-zmien meta saret l-invazjoni li minnha tilmenta l-kumpannija attrici. Il-Qorti irritjeniet li l-kriterju mehud mill-Perit Tekniku kien wiehed accettabbli u gustifikat. Dan joqrob kemm l-izjed possibbli lejn il-waqt determinanti li fih sehh il-ksur tal-jeddijiet tal-kumpannija attrici.

Il-Qorti irritjeniet li ma kienetx taqbel li l-kriterju tal-kumpans kellu jkun marbut ma' kemm tiswa l-art fil-waqt tas-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info