Reference: 510/1999/1

Judgement Details


Date
25/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRINCAT SAVIOUR ET vs SALINA ESTATES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - FATT TA` TERZ - DANNI, THAFFIR HDEJN HAJT DIVIZORJU F`DISTANZA INQAS MINN DIK REGOLAMENTARI - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - TITQIES RINUNZJATA JEKK MA TITQAJJIMX IN LIMINE LITIS - ECCEZZJONIJIET, SA LIEMA STADJU TAL-KAWZA TISTA` TIGI SOLLEVATA INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS JEW RATIONAE MATERIAE - HAJT DIVIZORJU, THAFFIR HDEJN
Summary
L-Artikolu 439 tal-Kodici Civili jiddisponi li "Hadd ma jista' jhaffer fil-fond tieghu bjar, gwiebi,jew latrini, jew jaghmel thaffir iehor ghal kull hsieb li jkun, f'boghod ta' anqas minn sitta u sebghin centimetru mill-hajt divizorju."

Dan l-ahhar imsemmi artikolu jippreskrivi d-distanza legali minima li kellha tinzamm fl-ezekuzzjoni ta' xoghlijiet ta' thaffir. Id-divjet ta' dan id-dispost tal-ligi huwa wiehed assolut u 'iuris et de jure' u japplika kemm fir-rigward ta' konfini laterali kif ukoll fil-kaz fejn ikun hemm dislivell bejn il-konfini. Ifisser ghalhekk illi l-artikolu 439jikkreja presunzjoni assoluta ta' hsara u huwa ghalhekk impellenti li tinzamm id-distanza regolamentari biex proprju jigi evitat dannu lill-vicin. Effettivament u guridikament l-applikabilita` ta' din id-disposizzjoni tipprexxindi minn kull indagini dwar xi assenza ta' potenzjalita` dannuza tal-kondotta ta' min ikun zamm distanza nferjuri ghal dik legali.

L-inosservanza ta' din in-norma tal-ligi ggib b'konsegwenza r-responsabilita` ghad-danni sofferti mill-gar, u ggib ukoll l-obbligu ta'min ikkawzahom biex jirrimedja ghall-hsara.

Sid ta' fond ma jistax jinheles mill-obbligu lijnehhi l-kawza tal-hsarat li jkun sofra l-gar tieghu kemm-il dabra f'tali kawza jkun ikkonkorra l-fatt ta' terz; fil-konfront ta' tali terz is-sid ikollu se mai dritt ta' rivalsa.

L-inkompetenza tal-Qorti Civili tal-Magistrati minhabba x-xorta jew il-valur tal-haga ma tistax tigi dikjarata 'ex officio' mill-Qorti fi grad ta' appell (Art 774 Kap 12). Effettivament jekk ma tkunx giet sollevata fl-ewwel istanza ma tistax tigi sollevata fl-appell. Ghax kif tajjeb nghad "apparti jekk l-ewwelQorti kelliex jew le tiddikjara ruhha "ex offico" inkompetenti li tiehu konjizzjoni tal-kawza minhabba n-natura tad-domanda tal-attur, hu fatt li dik id-dikjarazzjoni l-istess Qorti ma ghamlitiex, udin id-dikjarazzjoni ma tistax issir minn din il-Qorti ghaliex hi ligi espressa illi l-eccezzjoni ta' inkompetenza minhabba x-xorta jew il-valur tal-haga li tkun fil-kwestjoni ma tistax tigi dikjarata"ex officio" f'Qorti fi grad ta' appell."

Jekk l-eccezzjoni ta' inkompetenza ma tinghatax inlimine litis titqies rinunzjata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info