Reference: 278/2002/1

Judgement Details


Date
25/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
INTEGRATED ELECTRONICS LIMITED vs GOLDKRAFT LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, IL-QORTI MHIX MARBUTA BIL-KAWZALI TA`
Summary
Il-Qorti ta' gurisdizzjoni civili ta' sede inferjuri mhiex marbuta bil-kawzali ta' l-avviz in kwantudak li hu necessarju fl-avviz, oltre l-firma tar-Registratur, huma l-ismijiet tal-partijiet, it-talba tal-attur, u l-jum u hin meta l-konvenut ghandu jidher.

Il-hlas tal-kambjala li tkun accettata u skaduta tigi dejjem ordnata meta l-eccezzjonijiet ikunu tali li jehtiegu indagini twila, salvi l-kawteli li l-Qorti jidrilha opportuni, kompriz li tirrizerva l-eccezzjonijiet ghal kawza separata. Jibqa' pero` vitali l-Art 198 (2) tal-Kodici tal-Kummerc illi l-kundanna ghall-hlas tal-kambjala, bil-garanzija jew minghajrha, m'ghandhiex tkun imdewma.

Filwaqt li hu minnu illi "l-eccezzjonijiet personali huma opponibbli ghall-possessur tal-kambjali li qed jitlob il-hlas taghha u jistghu jirrigwardaw tant l-origini tal-obbligazzjoni kemm l-ezercizzju taghha" u dan a vantagg tal-konvenut kjamat biex jonora l-kambjala, kellu jkun ovvju li l-oggett tal-azzjoni kambjarja ma setax u maghandux ikun konfuz mal-oggett li kien jifforma l-obbligazzjoni naxxenti minn negozju u li ta lok ghal hrug taghha. Il-ligi stess proprju bl-insistenza fuq l-awtonomija ta' l-azzjoni kambjarja u bil-limitazzjoni tal-eccezzjonijiet li setghu jinghataw ghaliha, kif ukoll bl-insistenza fuq l-ispeditezza fid-determinazzjoni tal-azzjoni, kienet tiddistingwi u ssalva n-negozju originali li jibqa' soggett ghal verifika u kontestazzjoni, anke wara li tkun giet onorata l-kambjala b'konsegwenza tal-ezekuzzjoni tas-sentenza fuqha moghtija."

Jirrizulta mill-Artikolu 199 tal-Kodici tal-Kummerc illil-ligi tikkonsenti in via eccezzjonali l-opposizzjoni ghall-hlas tal-kambjala fil-kaz ta' telf tal-kambjala jew ta' falliment tal-possessur. Il-gurisprudenza mbaghad weriet ukoll illi l-Qorti ghandha d-dover tinvesti eccezzjonjijiet li jolqtu l-ezistenza tal-kambjali stess. In partikolari dawk rigwardanti l-kunsens ta' l-accettant, ad exemplum, id-dolo. Eccezzjonijiet ohra ammessi li jinstemghu u jigu trattati fl-istess gudizzju tal-azzjoni kambjarja huma l-uzura u anke l-kompensazzjoni, basta li din tkun tista' tigi definita malajr.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info