Referenza: 1032/1995/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SCHEMBRI NAZZARENO vs FARRUGIA LEONILDA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO NEGATORJA, FUQ MIN JAQA` L-PIZ TAL-PROVA - SERVITU`, AKKWISIZZJONI TA` DRITT TA` PASSAGG BIS-SAHHA TAL-PRESKRIZZJONI - SERVITU`, DRITT TA` PASSAGG MA JAGHTIX DRITT LIS-SID TAL-FOND DOMINANTI LI JQIEGHED HWEJJEG INGOMBRANTI - SERVITU`, KIF JIGI AKKWISTAT DRITT TA` PASSAGG
Fil-Qosor
L-azzjoni negatorja hija mahsuba biex jigi dikjarat u stabbilit illi l-fond ta' l-atturi mhuwiex soggett ghas-servitu` vantata mill-konvenut.

L-effett ta' azzjoni bhal din huwa li l-attur jigi ezonerat minn kull prova u b'hekk l-oneru tal-prova tas-servitu` jaqa' fuq il-konvenut minkejja lidan ikun jinsab fil-kwazi-pussess tas-servitu` pretiza.

Huwa pacifiku in tema ta' dritt, anke ghaliex dan hu hekk preskritt mill-Artikolu 469 (1) tal-Kodici Civili illi s-servitu` diskontinwabhal ma hija dik tal-passagg [Artikolu 455(3)] vantat mill-konvenuta ma tistax tigi stabbilita hlief bis-sahha ta' titolu - eccettwat il-kaz ta' passagg necessarju fejn ghandek fond interkjuz, u li allura jista' jinkiseb bil-preskrizzjoni - u ma jistax anzi jigi stabbilit la bil-preskrizzjoni u lanqas bid-destinazzjoni tas-sid taz-zewg fondi;

Meta l-ligi ssemmi titolu qed tirreferi ghall-att pubbliku. Huwa proprju ghalhekk li jinsab enuncjat illi "s-servitu` ma tistax tigi prezunta u jehtiegilha tigi pruvata; u f' kaz ta' dubju ghandha tigi eskluza. U dan jghodd aktar f' kaz ta' servitu` ta' passagg, li bhala servitu` diskontinwa ghandha normalment tigi pruvata per mezz ta' titolu.

Jedd ta' passagg "bir-rigel u bil-bhima" ma ghandux jigi estiz ghal jedd ta' komproprjeta` ughalhekk sid il-passagg m'ghandux jigi kostrett jissapporti inkonvenjenzi bit-tqeghid fil-passagg ta' hwejjeg ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni