Reference: 225/2000/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA; vs MONTEBELLO MARLON
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
SEWQAN, INKAPACITA` FIZIKA U MENTALI - SEWQAN, TEST TAN-NIFS
Summary
Ma hemmx necessarjament ness bejn ir-reat kontemplat fis-subartikolu (1) tal-Artikolu 15A tal-Kapitolu 65 tal-Ligijiet ta` Malta u l-fatt li l-analizi tan-nifs (a differenza tat-test tan-nifs) ikun inkomplet jew ma jsirx. Biex jigi deciz jekk persuna kienitx qed issuq "meta l-kapacita` taghha li ssuq sew [kienet] ghal xi hin imnaqqsa minhabba xorb (jew drogi) bi ksur ta' l-Artikolu 15A, wiehed jista' jiehu in konsiderazzjoni provi ohra, cioe` apparti mir-risultat o meno ta' l-analizi maghmula skond l-Artikolu 15E. Tali prova ohra tista' tinkludi il-komportament u l-kundizzjoni fizika tas-sewwieq, kif ukoll ir-risulatat tat-test (preliminari) tan-nifs maghmul taht l-Artikolu 15C.

Kwantu ghat-twissija li n-nuqqas jew rifjut li wiehed jaghti kampjun tan-nifs hu reat) hi mehtiega bisssabiex il-pulizija tkun tista' tarresta lil minn hekk jonqos milli jaghti il-kampjun ghat-test tan-nifs (mhux ghall-analizi), u dan skond l-Artikolu 15D(b); ghall-finijiet tar-reat kontemplat fl-Artikolu 15E(4) ebda twissija ma hi mehtiega.

Meta l-ligi titkellem dwar "inkapacita` fizika jew mentali" qed tirreferi ghal inkapacita` li trid tezisti indipendentement mill-istat ta' intossikazzjoni li tkun fiha l-persuna li tintalab taghti l-kampjun, kif ukoll indipendentement mill-ansjeta` dovuta ghall-fatt li dik il-persuna tkun involuta f'incident awtomobilistiku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info