Reference: 584/1980/1

Judgement Details


Date
19/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PACE FRANK ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, EZERCIZZJU MINN KOMPROPRJETARJU - ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, MHUX MEHTIEG LI JINTALAB IT-THASSIR TA` KUNTRATT TA` TRASFERIMENT FAVUR IL-KONVENUT - ACTIO REI VINDICATORIA, TITOLU DERIVATTIV - AZZJONI, NATURA U INDOLI GHANDHOM JIGU DEZUNTI MIT-TERMINI TAL-ATT LI BIH JINBDEW IL-PROCEDURI - ESPROPRJAZZJONI, EFFETTI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-PRESIDENT TA` MALTA FIL-GAZZETTA TAL-GVERN
Summary
Id-duttrina tghallem li sid rivendikant m'ghandux ghalfejn jitlob tabilfors dikjarazzjoni tan-nullita' tal-att aljenatorju li bis-sahha tieghu l-beni jkun gie f'idejn l-imharrek, sabiex isehhlu jirbahlura dak il-beni minghand l-istess imharrek. Bl-istess mod, tkun tiswa l-azzjoni tar-rivendika jekkkemm-il darba l-attur rivendikant jitlob it-thassir tal-att aljenatorju minghajr ma tkun saret talba specifika biex jigi dikjarat li l-fond jappartieni lilu;

Huwa moghti wkoll il-jedd li tressaq l-azzjoni ta' rivendika lil dik il-persuna li tkun sid ma' ohrajn tal-gid rivendikat, ukoll jekkis-sehem taghha huwa wiehed mhux maqsum jew sahansitra mhux maghruf jew definit. U persuna li ghandha gid flimkien ma' haddiehor ma jidhirx li tehtieg is-sehem jew il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohrajn biex tkun tista' tiftah azzjoni ghar-rivendika, u dan billi m'hemmx rapport guridiku bejn min jokkupa fond minghajr titolu u s-sidien l-ohrajn tal-istess fond;

Kif inhu wkoll maghruf u accettat fid-duttrina, azzjoni ta' din l-ghamla titfa' piz qawwi fuq min jaghmilha ghaliex irid iressaql-aqwa provi dwar il-jedd tieghu fuq il-beni li jrid jiehu lura f'idejh. Din ir-regola waslet biexholqot il-frazi "probatio diabolica" biex turi kemm huwa gholi l-grad mehtieg ta' prova li jrid iressaq attur f'kawza ta' din ix-xorta: u dan ghaliex actore non probante reus absolvitur, filwaqt li inpari causa melior est conditio possidentis. Mhuwiex ghalhekk bizzejjed li l-attur jipprova li l-gidrivendikat m'huwiex tal-imharrek. Min-naha l-ohra, l-imharrek m'ghandu ghalfejn jipprova xejn, sakemm ma jgibx 'il quddiem huwa nnifsu l-eccezzjoni li t-titolu tal-gid rivendikat jinsab vestit fih. Dan jinghad ghaliex jekk fl-azzjoni rivendikatorja l-imharrek jiddefendi ruhu, mhux fuq il-bazi tal-pussess, imma fuq dik ta' titolu, allura f'dak il-kaz il-Qorti jkollha tidhol f'ezami tat-titolu vantat mill-imharrek u tqis is-siwi tieghu bl-istess gharbiel li tqis it-titolu tal-attur rivendikant;

Fl-ahharnett, huwa mehtieg li l-attur, f'kawza bhal din, igib provi ta' titolu li jkun originali u mhux derivattiv. B'tal-ewwel, l-awturi u d-duttrina tifhem dak it-titolu li jitnissel favur persuna minghajr ma jkun mghoddi lilu minn haddiehor, filwaqt li titolu derivattiv huwa dak fejn il-jedd jghaddi minghand persuna ghal ghand ohra. Dan ifisser li jista' jkun hemm kisba b'titolu originaliwkoll fejn il-haga, qabel, kienet ta' haddiehor imma li tkun waslet ghand is-sid attwali minghajr ma tkun inghaddiet lilu mis-sid ta' qabel: dan isehh, per ezempju, fejn wiehed jikseb bil-pussess ghal zmien ta' izjed minn tletin sena bla ma qatt ikun gie mfixkel f'dak il-pussess, jew fejn wiehed izomm oggett mitluq minn haddiehor ghaz-zmien mehtieg;

Madankollu, u minhabba li f'xi kazijietikun impossibbli li wiehed juri titolu originali, sa minn dejjem gie moghti lir-rivendikant id-drittli jipprova titolu ahjar minn dak tal-parti mharrka. Fi kliem iehor, meta l-kriterji rigoruzi tal-azzjoni rivendikatorja ma jistghux jitwettqu ghar-rigward tal-piz tal-prova tat-titolu, l-attur jinghata l-jedd li jipprova titolu ahjar minn tal-parti mharrka. Din l-azzjoni hija maghrufa bhala l-actio publiciana (in rem), li hija azzjoni rejali ta' ghamla petitorja fejn is-sahha tat-titolu huwa mkejjel inter partes u mhux, bhal fil-kaz tal-azzjoni rivendikatorja vera u proprja, erga omnes. Huwa rimedju li l-Qrati taghna tawh gharfien, ukoll fil-qafas ta' azzjoni ta' rivendika ta' gid minn idejnhaddiehor;

Fil-kaz li art tigi esproprjata minkejja d-Dikjarazzjoni ta' tehid ta' pussess ghal ghan pubbliku ghall-finijiet tal-Ligi, l-Gvern ikollu stat ta' possessur fl-usa' tifsira tal-kelma imma mhux ta' sid, l-jedd ta' l-azzjoni ta' sid biex jirrivendika dik l-art jibqa' bla mittiefes.Jekk, imbaghad ikun sar il-kuntratt, u allura l-jedd tal-Gvern ma jibqax biss wiehed ta' pussess, jidher li huwa daqstant disponibbli ghas-sid rivendikant li jressaq l-azzjoni biex jisfida t-titolu miksub mill-Gvern;

Huwa principju ewlieni fil-procedura li l-azzjoni jaghzilha l-attur u mhux il-parti mharrka u m'huwiex imholli ghall-parti mharrka li tissuggerixxi x'azzjoni messu ressaq l-attur. Huwa fuq l-azzjoni kif proposta li l-Qorti tintalab taghti l-gudizzju taghha, u mhux fuq x'azzjoni seta' jew messu ressaq l-attur. L-atturi f'din il-kawza ma ghamlux talba ghat-thassir tal-kuntratt bejn l-imharrek u l-imsejjah fil-kawza, imma talbu li l-imharrek jghaddi lura lilhom is-sehem minnu miksub billi jitlaq il-pussess;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info