Referenza: 733/1992/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
YATES ROBERT NOE vs AQUILINA ANTHONY SIVE TONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, NEGLIGENZA FIT-TMEXXIJA TA` L-EWWEL KAWZA - RITRATTAZZJONI, PROVI FOLOZ - RITRATTAZZJONI, QERQ - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Fil-Qosor
L-istitut ta' ritrattazzjoni huwa rimedju eccezzjonali nkwantu jikkostitwixxi deroga mir-regola generali li "res judicata pro veritate habetur". Konformement il-Qrati taghna dejjem sostnew li dan ir-rimedju tant straordinarju ghandu dejjem jigi ristrett ghall-kazi kontemplati fil-ligi u li tinghatainterpretazzjoni ristretta tal-ligi.

L-istitut ta' ritrattazzjoni huwa wiehed specjalissimu li jippermetti li kawza tigi ezaminata ghat-tielet darba. L-organizzazzjoni ta' l-ordni gudizzjarju fl-istruttura taghha hija ta' zewg gradi - prim' istanza u appell - mentri r-ritrattazzjoni tintroduci t-tielet grad bhala mizura eccezzjonalissima intiza principalment biex tigi evitata ingustizzja cara u palezi, minhabba fatturi li jkunu jew sfuggew l-ezami ta' l-ewwel istanza jew taz-zewg istanzijew li jkunu issopravvenew, basta li f'ebda kaz dawn il-fatturi ma jkunux dovuti ghan-negligenza procedurali ta' min jitlob ir-ritrattazzjoni.

Il-gurisprudenza taghna konstantement irriteniet li r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju, in kwantu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fondamentali li l-gudikat jikkostitwixxi ligi bejn il-kontendenti, u dan indipendentement mill-fatt jekk dak il-gudikat jirrispekkjax kompletament il-verita` jew il-gustizzja. Il-guristi Rumanikienu jesprimu dan il-kuncett bil-massima res judicata pro veritate habetur... Minn dak li ntqal isegwi li r-regoli li jiggvernaw ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huma ta' interpretazzjoni strettissima.Diversament, taht il-pretest ta' ritrattazzjoni, il-litigant sokkombenti jkun jista' jerga jiftah il-kawza, u hekk, indirettament johloq ghalih tribunal tat-tielet istanza haga li mhux permessa mill-ligi.

Il-paragrafu (l) ta' l-Artikolu 811 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jikkoncedi d-drittlill-parti sokkombenti li titlob r-rexissjoni ta' sentenza u l-eventwali ritrattazzjoni tal-kawzajekk is-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza. Inoltredan l-istess subinciz jipprovdi li jitqies li jkun hemm zball, fil-kaz biss "li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita` tieghu tkun bla ebda dubbju eskluza, jew fuq is-suppozizzjoni li ma jezistix fatt, li l-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament..."

Fil-gurisprudenza dejjem gie ritenut li meta talba tkun bazata fuq dan il-paragrafu il-fatt jrid jrrizulta mill-atti jew dokumenti tal-kawza deciza u ma jistax, ghal fini ta' dan l-aggravju, u sabiex jigi determinat dak l-izball, isir "konfront ta' dokument fil-kawza ma dokument barra mill-kawza."

Mill-ezami ta' l-imsemmija dispozizzjoni tal-ligi jirrizulta illi, biex l-izball ta' fatt jaghtikawza ghar-revokazzjoni tas-sentenza, jehtieg:

1. Illi l-izball ikun zball materjali ta' fatt, u mhux zball ta' kriterju jew ta' interpretazzjoni;

2. Illi l-izball jirrizulta mill-attiu dokumenti tal-kawza, u ghalhekk hija assolutament inammissibbli l-produzzjoni ta' atti u dokumentigodda biex tigi fornita l-prova ta' l-izball;

3. Illi l-istess zball ikun manifest, tali, cjoe`, li jemergi mis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet tas-sentenza u l-atti u d-dokumentital-kawza; b'mod li jkun jidher prodott eskluzivament mis-semplici inavvertenza tal-gudikant;

4. Illi l-izball ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant, jigifieri illi l-istess zball ikun jikkostitwixxi l-fondament principali tas-sentenza; u ghalhekk ma jkunx hemm lok ghar-revoka tas-sentenza jekk din, ghalkemm vizjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista` tigi sorretta b'ragunijiet ohra indipendenti minn dik zbaljata;

5. Illi l-ezistenza jew l-inezistenza tal-fatt li fih manifestament ikun zbalja l-gudikant ma tkunx iffurmat punt ta' kontroversja, jigifieri punt kontradettu diskuss bejn il-partijiet li fuqu s-sentenza tkun ippronunzjat."

Il-paragrafu (a) tal-Artikolu 811 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jipprospetta l-kaz ta' ritrattazzjoni "jekk is-sentenza tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra."

Il-ligi titlob li sabiexl-qerq jiggustifika r-ritrattazzjoni jehtieg li tali qerq jigi ezercitat minn parti kontra l-ohra umhux semplicement jikkonsisti f'xhieda qarrieqa ta' xhud li jissejjah fil-kawza. Il-ligi ma tghidxx'tip ta' qerq iwassal ghall-akkoljiment ta' din it-talba, biss jidher li l-Qrati taghna dejjem imxew fuq l-insenjamenti ta' guristi awtorevoli taljani bhal ma huma r-Ricci, il-Pisanelli u dak li hemmfid-Digesto Italiano.

Mhux kwalunkwe dolo jew ingann ta' parti kontra l-ohra jista` jaghti lok ghar-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni, izda meta minhabba r-raggiri jew l-attijiet frawdolenti tal-parti l-avversarju gie mqieghed fl-impossibilita` ta' difiza gusta u tajba." Jekk il-partinaqset li ggib xi prova mhux minhabba d-dolo tal-parti l-ohra, imma ghan-negligenza taghha, ma tistax, wara li jkun hemm sentenza li ghaddiet f'gudikat, tmur ghar-rimedju tar-ritrattazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni