Referenza: 521/1995/3

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
CALLEJA MARY ET vs SCERRI FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SUCCESSJONI, IL-QORTI TISTA` TIPPREFIGGI TERMINU SABIEX EREDI NOMINAT JIDDIKJARA JEKK IKUNX SER JACCETTA L-WIRT JEW LE
Fil-Qosor
Ghalkemm l-Artikolu 845(1) tal-Kodici Civili jiddisponi, inter alia, li l-azzjoni biex tintalab il-legittima tispicca bl-gheluq ta' ghaxar snin mill-mewt tal-ftuh tas-successjoni, dan ma jfissirx lil-Qorti ma tistax tipprefiggi terminu biex persuna nominata eredi tiddikjara jekk ser taccettax il-wirt jew le. Din il-fakolta' hija moghtija espressament fl-Artikoli 882 sa 884.

Illi skondl-Artikolu 882 jekk werriet fi zmien tlett xhur, jew fi zmien iehor li jkun mgedded, mill-ftuh tas-successjoni jew minn dak in-nhar li jsir jaf li l-wirt imiss lilu, ma jkunx beda jew lesta l-inventarju "huwa jitqies li accetta l-wirt minghajr il-beneficcju ta' l-inventarju"; u l-Artikolu 884 jiddisponi li jekk ikun hemm talba gudizzjarja kontra werriet illi fil-fat ma jkollux l-assi tal-wirt f'idejh u ma jkunx indahal fih, iz-zmien fuq indikat "sabiex hu jaghmel l-inventarju u jahsihba jekk ghandux jaccetta jew le, jibdew ghaddejjin biss mill-gurnata li tigi moghtija mill-Qorti." L-istessArtikolu fis-sub inciz [2] ikompli jiddisponi li fejn ma hemmx talba gudizzjarja il-perijodu koncesslill-werriet sabiex jaghmel l-inventarju huwa estiz sa l-ahhar tal-perijodu preskrittiv id-dritt ghall-accettazzjoni tal-eredita'.

Illi mill-premess ghandu jirrizulta car u logiku li fejn hemmtalba gudizzjarja d-dritt u l-werriet ma jkunx indahal fil-wirt, it-terminu sabiex jaghmel l-inventarju u "jahsiba jekk ghandux jaccetta [il-wirt] jew le" jibda jiddekorri mill-gurnata li tipprefiggil-Qorti u fil-kaz li l-werriet koncernat, bhal fil-kaz odjern, ihalli dan it-terminu u t-terminu ulterjuri indikati fl-artikolu 882 jiskadu inutilment, allura jiskatta fil-konfront tieghu dak kontemplat fl-istess artikolu u cioe' "huwa jitqies li accetta l-wirt minghajr il-beneficju tal-inventarju".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni