Referenza: 1155/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
MIZZI ALBERT NOE vs SOROTOS JOHN H. ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, LIMITAZZJONI PERMEZZ TA` KLAWSOLI KONTRATTWALI - HAGUE RULES, APPLIKAZZJONI F`MALTA
Fil-Qosor
Filwaqt li hu veru li l-Hague Rules japplikaw biss ghat-trasport ta' merkanzija minn Malta ghall-port iehor barra minn dawn il-gzejjer, u mhux ghat-trasport ta' merkanzija lejn Malta (art 3 tal-Kap 140), hu daqstant veru wkoll li l-partijiet jistghu, fuq il-Bill of Lading, jaqblu fuq l-applikazzjonita' dawk ir-Regoli, u meta jigri dan, huma dawk ir-Regoli li japplikaw u mhux ir-regoli generali elenkati fil-Kodici tal-Kummerc.

Din il-kawza kienet titratta dwar l-Artikolu IV (5) tal-HagueRules inkorporati f'legizlazzjoni lokali, u cioe', il-Carriage of Goods by Sea Act. Kap. 140, jiddisponi illi

"Neither the carrier nor the ship shall in any event be or become liable for anyloss or damage to or in connection with goods in an amount exceeding Lm100 per package or unit, as the equivalent of that sum in other currency, unless the nature and value of such goods have been declared by the shipper before shipment and inserted in the bill of lading".

Il-Qrati taghna gieli illimitaw l-effetti ta' klawsola ta' ezoneru, izda mhux ta' klawsola ta' limitazzjoni ta danni. Id-dottrina in materja turi li mhux il-klawsoli kollha ta' ezoneru huma leciti, u ma jistghu qatt ikunu leciti sal-punt li bihom ikun hemm dak li tissejjah "assicurazione delle colpe proprie".

M'hemm xejn hazin illi l-partijiet jiftiehmu, min qabel, x'ghandhom ikunu d-danni f'kaz ta' xi nuqqas, u, fil-fatt, kemm-il darba f'kuntratti ta' certi importanza issib klawsola li tillikwida minn qabel id-danni f'kaz ta' dewmien jew ksur tal-kuntratt, u dawn jigu onorati mill-Qrati. Hafna drabi dintiehu l-forma ta' penali, li meta tkun hekk kontrattata tirraprezenta kumpens ghad-danni minhabba non-ezekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni. L-artikolu 1138 tal-Kodici Civili, fil-fatt, espressament jippermetti ftehim simili, meta jghid, "Meta l-ftehim jistabbilixxi illi l-parti li tonqos mill-esekuzzjonitieghu ghandha thallas somma determinata bhala danni, ma tistax tigi moghtija lill-parti l-ohra somma akbar jew izghar". Il-klawsola in kwistjoni hija parti mill-Hague Rules li gew inkorporati bhalaparti mill-ftehim inkorporat fil-Bill of Lading. Dawn huma kondizzzjonijiet ben maghrufa man-nies midhla fil-marittimu, u, kwindi, japplikaw bhal kull parti ohra ta' l-istess ftehim.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni