Reference: 3044/1996/1

Judgement Details


Date
20/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
C. STIVALA LTD vs CASSAR SALVATORE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, PROCEDURI GUDIZZJARJI - BENEFICCJU TAL-ESKUSSJONI, DISPONIBILITA` TA` - BENEFICCJU TAL-ESKUSSJONI, META L-KREDITUR IKOLLU PRIVILEGG JEW IPOTEKA SPECJALI FUQ IMMOBBLI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, META KAWZA LI TKUN TIRRIGWARDA ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA SSIR KONTRA WIEHED BISS MILL-MIZZEWGIN - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TA` TMINTAX-IL XAHAR TAHT L-ARTIKOLU 2148(A) TAL-KODICI CIVILI - PRIVILEGG, ISKRIZZJONI META X-XOGHOLIJIET MAGHMULA MINN KUNTRATTUR JIRRIGWARDAW IL-PARTIJIET KOMUNI TA` BLOKK TA` APPARTAMENTI
Summary
Meta kawza li tkun tirrigwarda att ta' amministrazzjoni straordinarja ssir fil-konfront ta' wiehed biss mill-mizzewgin, dan ma jfissirx illi l-konvenut ghandu jinheles mill-harsien tal-gudizzju izda illi jew (a) ghandu jissejjah il-konjugi l-iehor fil-kawza jew inkella, (b) jekk it-talba ghall-hlastad-dejn tintlaqa', l-esekuzzjoni tista' ssir biss fuq il-beni parafernali tal-konvenut, barra, naturalment, beni ta' terzi milquta bi privilegg jew ipoteka li jaghmlu tajjeb ghad-dejn.

L-Artikolu 2148(a) jiddisponi li l-azzjonijiet hawn taht imsemmija jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta' tmintax-il xahar:

(a) l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentieri, arluggara u ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-materjal li jfornu;

L-art. 2148(a) jolqot biss l-azzjonijiet ta' dawk li jahdmu sengha jew arti mekkanika, u mhux ta' dawk li huma kuntratturi organizzati f'azjenda.

Meta jsir xoghol fil-partijiet komuni ta' appartamenti il-kuntrattur ghandu jedd jiskrivi privilegg u ipoteka fuq il-korp kollu ta' appartamenti u mhux biss fuq appartament wiehed fil-korp. Jekk jaghzel li li jiskrivi l-privilegg u l-ipoteka fuq appartament wiehed flok fuq il-korp kollu, ikun ha inqas minn kemm kellu jedd ghalih, u mhux aktar.

Lanqas ma jista' jinghadilli l-privilegg u l-ipoteka setghu jolqtu biss il-partijiet komuni li fihom sar ix-xoghol, ghax meta tlestew il-partijiet komuni sar benefikat lill-korp kollu u lill-appartamenti kollha li huma partiminn dak il-korp. Barra minn hekk, il-privilegg u l-ipoteka huma forma ta' ius abutendi fuq immobbli, billi jaghtu l-jedd li tbigh proprjetà ta' haddiehor. Il-partijiet komuni ta' korp t'appartamenti ma jistghux jinbieghu wehedhom, izda biss bi proporzjon ma' wiehed jew aktar mill-appartamenti.Jekk il-privilegg jew l-ipoteka jkunu jolqtu biss il-partijiet komuni, ma jkunu jiswew xejn, ghax lill-kreditur jaghtuh jedd li jbigh haga li, min-natura ta' l-affarijiet, ma tistax tinbigh wehedha.

L-Artikolu 2074 tal-Kodici Civili jiddisponi li "l-eccezzjoni tal-beneficcju ta' l-eskussjonima tistax tinghata kontra l-kreditur li jkollu privilegg jew ipoteka specjali fuq l-immobbli."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info