Reference: 27/2002

Judgement Details


Date
12/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
LIA EMANUEL vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` AGIR ULTRA VIRES - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONI DWAR KWISTJONI EXTRA PETITA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META L-BORD JINJORA GHAL KOLLOX KWISTJONIJIET TA` DRITT SOLLEVATI MILL-PARTIJIET
Summary
Meta l-Bord ta' l-Appell jiddeciedi kwistjoni extra petita. Tali vantazzjoni timpingi direttament fuq il-validita' nnifisha tal-istess decizjoni, u fuq il-kompetenza tal-istess Bord, peress li l-kompetenza tal-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, bhal ta' kull tribunal jew Qorti, hija limitatasabiex tiddeciedi biss il-mertu tal-kontestazzjoni tal-partijiet quddiema u mhux tmur oltre; la darba din hija is-sitwazzjoni logika u korretta legalment l-unika konkluzzjoni possibbli hija dik li danfl-ambitu tal-artikolu 15 (1) tal-Kap 356 huwa punt ta' dritt deciz mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.

Kull decizjoni tal-istess Bord ghandha tkun motivata b'dan li l-istess decizjoni ghandha taghti r-ragunijiet, fattwali u/jew legali ghall konkluzzjonijiet raggunti, b'mod li titratta utiddisponi mill-mertu tal-kontestazzjoni ta' bejn il-partijiet; decizjoni mhux hekk motivata hija decizjoni li ghandha tkun annulata u rispedita lill-istess Bord sabiex terga tigi trattata.

Tant huwa minnu dan li diversi decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell li ma trattawx is-sottmissjonijiettal-partijet, anke dwar punti ta' fatt, gew annulati minn din il-Qorti anke abbazi tal-principju cerimus paribus.

Meta jigi allegat li hemm decizjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar li ghandha motivazzjonijiet konfiggenti ghal xulxin, issegwi dak li necessarjament fih innifsu jimplika li tali decizjoni ma tkunx giet motivata fit-termini rikjesti mill-ligi, u b'hekk tkun qed tigi wkollattakata l-validita' innifisha tal-istess decizjoni u ghalhekk jekk l-istess tribunal ikunx agixxafit-termini rikjesti mill-ligi, u allura dan ukoll huwa fih innifsu huwa punt ta' dritt deciz mill-Bord u jaqa' fil-kompetenza ta' din il-Qorti fl-ambitu ristrett taghha tal-artikolu 15 (2) tal-Kap 356.

Fejn qed jigi allegat li sar pronunzjament inkorrett tal-ligi u fejn dan jigi allegat li jolqot il-mertu u motivar tad-decizjoni dan ukoll fit-teorija jikkostitwixxi punt ta' dritt, ghalkemm il-vera determinazzjoni tal-istess isehh biss u tigi rizolta fil-mertu tat-trattazzjoni tal-istesspunt, u ghalhekk din il-Qorti thoss li fl-ambitu tal-artikolu 15 (2) tal-Kap 356 dan l-appell huwawkoll fil-kompetenza ta' din il-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info