Referenza: 1863/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
J. GRIMA & SONS LIMITED vs AGIUS ANTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BENEFICCJU TAT-TERMINU, META D-DEBITUR MA JKUNX SOLVIBBLI - FALLIMENT, WAQFIEN MILL-HLAS TA` DJUN - PROVA, KREDIBILITA` TA` XHUD
Fil-Qosor
Certament, hadd ma jista' jlum kreditur illi jinsisti ghall-hlas kollu bilancjali li jkun jirrizultaf'mument fejn is-sitwazzjoni finanzjarja tax-xerrej u debitur tieghu tkun tidher li kienet wahda peggjorata u kien ghalhekk jirrizultalha perikolu reali li l-kreditu taghha ma jigix sodisfatt u dan anki fejn ikun hemm ftehim ta' pagament dilazzjonat.

M'humiex sufficjenti bizghat vagi dwar is-solvibilita` tax-xerrej, izda meta dan ikun kummercjant huwa mehtieg li jkun hemm l-effettiva cessazzjoni tal-pagamenti jew almenu periklu serju li tali cirkostanzi jsehhu waqt id-dilazzjoni moghtijajew li wara l-bejgh ix-xerrej ikun safa' milqut minn tibdiliet ekonomici li jkunu sufficjenti biexiqajmu bizghat serji ta' falliment fil-qrib. (ara wkoll art. 1079 Kap. 16)

Certament illi l-interess hi cirkostanza li wiehed ghandu jzomm in vista fl-apprezzament ta' xhud, izda kif inghad dan ma ghandux jigi ezagerat u forsi lanqas hu gust li, bla ebda gustifikazzjoni ohra, jinsinwa li xhieda mhux kredibbli meta qed jixhdu fuq fatti li jistghu jixhdu fuqhom appuntu ghax inzertaw prezenti u minhabba f' hekk kienu korroboranti ta' dak affermat minn xi hadd fost il-partijiet;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni