Referenza: 1597/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CHAPELLE BARON FRANCIS ET NOE vs ARRIGO DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BIS-SAHHA TA` KUNTRATT INNOMINAT - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Fil-Qosor
Hawnhekk is-socjeta` attrici talbet l-izgumbrament tal-konvenut mill-fond fejn hu kien qieghed jirrisjedi fuq il-bazi li hu kien qed jiddetjenih minghajr ebda titolu validu fil-Ligi.

Il-konvenut kien originarjament xtara l-fond in kwistjoni personalment izda ma kienx ottjena AIP permit ai termini tal-Ligi u ghalhekk il-kuntratt kien wiehed null.

Sussegwentement sabiex dan il-problemajigi rimedjat, il-kumpannija attrici (li dak iz-zmien kienet kontrollata minn missier il-konvenut)akkwistat il-proprjeta` de quo u halliet lill-konvenut jghix fl-istess fond. Wara mewt missier il-konvenut inqala' disgwid familjari u l-persuni li sussegwentement akkwistaw il-kontroll tal-kumpannijaattrici ipprocedew b'din il-kawza.

Il-Qorti irriteniet li l-kuntratt li bih xtara l-konvenutkien null ghaliex kien kontra l-Ligi: il-hwejjeg ipprojbiti mil-ligi ma jistghux ikunu oggett ta' kuntratt.

Huwa logiku illi f'kazijiet konsimili l-ebda Qorti ma tkun tista' tikkonsenti li taghti forza guridika lill-kontrattazzjoni, meta din ma jistax lanqas ikollha sahha ta' ligi bejn il-partijiet, proprju ghax maghmula mhux skond il-ligi.

Il-Qorti izda irriteniet li filwaqt lima jistax jinghad illi stricto jure l-konvenut kien igawdi xi titolu ta' lokazzjoni, eppure kien jezisti forma ta' ftehim bejnu u s-socjeta` attrici dwar l-okkupazzjoni tieghu tal-fond;

Fis-sitwazzjoni u l-fattezzi ta' dan il-kaz il-Qorti irravvizat kuntratt sui generis innominat, li ghalihomil-Ligi ma taghtix disposizzjonijiet specjali u li allura jaqghu taht il-principji generali ta' dritt. Ghalhekk cahdet it-talbiet attrici.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni